- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 11 ta' Novembru 2025 09:25
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
Fis-27 ta' Ottubru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/22111.
Dik id-Deċiżjoni estendiet il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova sal-31 ta' Ottubru 2026.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/2211, 28.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2211/oj
Kuntatti għall-istampa
-
Anitta Hipper Lead Spokesperson
- +32 2 29 85691
- +32 460 76 14 21
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Novembru 2025