Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Dikjarazzjoni u kummenti
  • 19 ta' Novembru 2025 09:50

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi b'rabta ma' miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer

Fis-17 ta' Ottubru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/21361.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill estendiet l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi eżistenti sal-24 ta' Ottubru 2026.

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.


1 ĠU L, 2025/2136, 20.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2136/oj.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Novembru 2025