"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
L-UE u l-Montenegro jagħlqu proviżorjament kapitolu ieħor fin-negozjati tal-adeżjoni
Illum, il-25 laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni għalqet proviżorjament in-negozjati tal-adeżjoni dwar il-kapitolu 32 (kontroll finanzjarju).
Illum għandi pjaċir nara lill-Montenegro jagħlaq kapitolu ieħor tan-negozjati. B'din il-kisba, ingħalqu b'mod proviżorju total ta' 13-il kapitolu, u dan jindika progress sinifikanti u tanġibbli fit-triq tal-pajjiż lejn l-integrazzjoni Ewropea. It-tkabbir jibqa' prijorità ġeopolitika strateġika għall-UE u fokus ewlieni tal-presidenza Ċiprijotta. Nittama li għalhekk inkunu nistgħu norganizzaw ħafna aktar konferenzi dwar l-adeżjoni fix-xhur li ġejjin, mhux biss mal-Montenegro, iżda wkoll ma' kandidati oħra, hekk kif inkomplu mmexxu 'l quddiem proċess ta' tkabbir kredibbli u bbażat fuq il-mertu.
Marilena Raouna, Viċi Ministru għall-Affarijiet Ewropej tar-Repubblika ta' Ċipru, f'isem il-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-UE
Jekk ikun meħtieġ, l-UE tista' terġa' lura għal dawn il-kapitoli f'mument opportun.
Il-kapitoli 3 dwar id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, 4 dwar il-moviment liberu tal-kapital, 6 dwar id-dritt tal-kumpaniji, 11 dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, u 13 dwar is-sajd diġà ngħalqu proviżorjament fil-Konferenza preċedenti dwar l-Adeżjoni tas-16 ta' Diċembru 2025. Il-monitoraġġ tal-progress fl-allinjament mal-acquis tal-UE u fl-implimentazzjoni tiegħu ser ikompli tul in-negozjati.
Il-Montenegro fetaħ it-33 kapitolu ta' negozjar fin-negozjati tiegħu tal-adeżjoni mal-UE. Bl-għeluq proviżorju maqbul illum, total ta' tlettax minn dawn il-kapitoli issa ngħalqu proviżorjament. Skont il-prinċipji ta' negozjar approvati mill-Konferenza dwar l-Adeżjoni, il-qbil milħuq matul in-negozjati dwar kapitoli speċifiċi, anke dak parzjali, ma jistax jitqies bħala finali sakemm jintlaħaq qbil ġenerali għall-kapitoli kollha.
Informazzjoni ġenerali
Id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea kienet immexxija mis-Sa Marilena Raouna, Viċi Ministru għall-Affarijiet Ewropej ta' Ċipru, f'isem il-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-UE, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarju għat-Tkabbir, is-Sa Marta Kos. Id-delegazzjoni Montenegrina kienet immexxija mis-Sur Milojko Spajić, Prim Ministru tal-Montenegro.