Dokument: POL-PN-02001

Titlu:
KARTA POLAKA
Pajjiż ta’ emissjoni:
POL - Polonja • RZECZPOSPOLITA POLSKA •
Numru tal-verżjoni tad-dokument:
02001
Maħruġ(a) l-ewwel fi:
28/03/2008
Validu:
iva
Valur ġuridiku / skop prinċipali:
"KARTA POLAKA" (Karta ta' Pollakk) tista' tinħareġ lil persuna li M'GĦANDHA la ċittadinanza Pollakka u lanqas permess ta' residenza preċedenti, iżda li tiddikjara affiljazzjoni man-nazzjon Pollakk. Il-privileġġi jinkludu eżenzjoni mill-miżati għal viża fit-tul, id-dritt li wieħed jaħdem fil-Polonja mingħajr permess tax-xogħol, li jistabbilixxi kumpannija, li jirċievi edukazzjoni pubblika bla ħlas, li jibbenefika mis-servizzi tas-saħħa pubblika f'każijiet ta' emerġenza u li japplika għal appoġġ finanzjarju mill-Gvern Pollakk.
Konfigurazzjoni ġenerali:
kard
Wisa’ (mm):
86
Għoli (mm):
54
Numru ta’ paġni:
Validità
Indikazzjoni ta’ validità:
varjabbli
Daqs eżatt: 85,60mm x 53,97mm
Dak li dan id-dokument MHUWIEX: Ma jikkonfermax iċ-ċittadinanza Pollakka. Mhuwiex permess ta' residenza - ma jagħtix id-dritt lid-detentur li jistabbilixxi ruħu fil-Polonja. Mhuwiex viża - ma jagħtix lid-detentur id-dritt li jaqsam il-fruntiera Pollakka mingħajr viża valida.
Recto - identità
"PRZYZNANIE KARTY POLAKA NIE OZNACZA NABYCIA POLSKIEGO OBYWATELSTWA" = Il-ħruġ ta' KARTA POLAKA ma jfissirx li tkun inkisbet iċ-ċittadinanza Pollakka.
"KARTA POLAKA NIE JEST DOKUMENTEM UPRAWNIAJĄCYM DO PRZEKRACZANIA GRANICY ANI DO OSIEDLANIA SIĘ NA TERYTORIUM RZECZYPOSPOLITEJ POLSKIEJ" = KARTA POLAKA mhuwiex dokument li jagħti lid-detentur id-dritt li jaqsam il-fruntiera jew li jistabbilixxi ruħu fit-territorju tal-Polonja.
Din l-informazzjoni ġiet mogħtija lilek mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ġiet magħżula u miġbura minn esperti tad-dokumenti fil-Polonja • RZECZPOSPOLITA POLSKA •