Skip to content

X'inhu għaddej bħalissa - wirjiet u avvenimenti

Skopri l-wirjiet, l-artikli u l-ħarsiet mill-qrib.

Wirjiet

L-arkivji jorganizzaw wirjiet biex irawmu l-għarfien dwar l-istorja tal-Ewropa u l-integrazzjoni Ewropea. Hawn taħt tista' ssib xi wħud mill-wirjiet online maħluqa fil-passat mill-Arkivji f'diversi okkażjonijiet.

Sqallija fl-Ewropa, l-Ewropa fi Sqallija

Wirja ta' dokumenti mill-Arkivji Storiċi tal-UE, ritratti mill-Arkivji Alinari u materjal mill-arkivji tal-Presidenza tar-Repubblika Taljana u s-Senat Taljan. Il-wirja għandha l-għan li turi wieħed mill-mumenti ta' bidla fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea – il-Konferenza ta' Messina tal-1955.

Tmien irġiel bilqiegħda mal-mejda f'sala tal-laqgħat wara l-konferenza ta' Messina
Il-konferenza ta' Messina fl-1995.

Unjoni Dejjem Eqreb: il-legat tat-Trattati ta' Ruma għall-Ewropa tal-lum 1957-2017

Wirja ta' ritratti u dokumenti maħluqa b'kollaborazzjoni mal-Arkivji Storiċi tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Presidenza Taljana tal-Kunsill, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Italja u l-ANSA biex jiċċelebraw it-Trattati ta' Ruma (1957). Il-wirja tenfasizza l-għeruq ta' dawk it-trattati fil-fenomeni soċjali, kulturali u ekonomiċi li jaffettwaw l-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u tittraċċa l-impatt fit-tul tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea kkawżat minn dawk il-fenomeni fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej.

Ġewwa bini sabiħ, jidhru rġiel bilqiegħda għall-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma
Fil-25 ta' Marzu 1957, it-Trattat ta' Ruma stabbilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea.

Il-Pilastri tal-Ewropa: il-legat tat-Trattat ta' Maastricht wara 25 sena

It-Trattat ta' Maastricht kien mument ta' bidla fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Għall-ewwel darba, ġiet formalizzata l-ambizzjoni ta' unjoni politika, li evolviet mill-objettiv inizjali ta' integrazzjoni ekonomika bħala strument għar-rikonċiljazzjoni politika. Il-wirja tiċċelebra l-anniversarju tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Maastricht fl-1 ta' Novembru 1993 u t-twaqqif tal-Unjoni Ewropea.

Wirja dwar it-Trattat ta' Maastricht fil-bini tal-Kunsill bil-viżitaturi jisimgħu d-diskors tal-ftuħ
Ftuħ uffiċjali tal-wirja "Il-Pilastri tal-Ewropa" fil-25 anniversarju tat-Trattat ta' Maastricht fl-2018.

Ħarsiet mill-qrib

Agħti ħarsa lejn l-istejjer interattivi tagħna hawn taħt.

Ponte Vasco da Gama Bridge in Lisbon, at sunset.
Shaping the EU as we know it: the Lisbon Treaty

Shaping the EU as we know it: the Lisbon Treaty

A man and woman wrapped in an EU flag.
How Maastricht changed Europe

How Maastricht changed Europe

Xena ta' laqgħa storika fid-9 ta' Mejju 1950, b'Robert Schuman jagħmel diskors u bosta persuni bilqiegħda ma' mejda kbira.
Id-Dikjarazzjoni ta' Schuman

Id-Dikjarazzjoni ta' Schuman

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2026