Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 22 riżultat
Ukrajna: investiment fil-futur tal-Ewropa
Il-benefiċċji tas-sħubija bejn l-UE u l-Ukrajna jmorru fiż-żewġ direzzjonijiet. Skopri għaliex l-appoġġ għall-Ukrajna llum ifisser il-bini ta' Ewropa aktar b'saħħitha, aktar reżiljenti u aktar sigura għal għada.

Appoġġ militari tal-UE għall-Ukrajna
Mill-bidu tal-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja, l-UE u l-istati membri tagħha żiedu b'mod sinifikanti l-appoġġ militari tagħhom għall-forzi armati Ukreni.

Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna
L-UE u l-istati membri tagħha appoġġaw lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa tar-Russja. Flimkien, huma l-akbar fornitur ta' appoġġ finanzjarju, ekonomiku, militari u umanitarju tal-Ukrajna.

Assistenza finanzjarja tal-UE lill-Ukrajna
Flimkien, l-UE u s-27 stat membru tagħha huma l-akbar fornitur ta' assistenza finanzjarja lill-Ukrajna. L-għan huwa li jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet immedjati tal-pajjiż u li jiġu appoġġati l-irkupru u r-rikostruzzjoni tiegħu fit-tul.

Appoġġ għall-kummerċ tal-Ukrajna
L-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Ukrajna u l-akbar investitur tagħha. Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja, l-UE appoġġat l-ekonomija tal-Ukrajna, inkluż permezz ta' miżuri kummerċjali mmirati.

Il-Faċilità għall-Ukrajna
Il-Faċilità għall-Ukrajna hija strument tal-UE li jipprovdi lill-Ukrajna sa €50 biljun f'self u għotjiet biex jgħin fl-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tagħha.

Kif l-UE tgħin lir-refuġjati mill-Ukrajna
Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fuq skala sħiħa, l-UE ħadet għadd ta' passi biex tgħin lir-refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra, inkluż permezz tal-mekkaniżmu ta' protezzjoni temporanja tal-UE.

Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna: Sanzjonijiet tal-UE
L-UE imponiet sanzjonijiet massivi u bla preċedent kontra individwi u entitajiet involuti fl-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja.

Moldova
Ir-Repubblika tal-Moldova applikat għas-sħubija fl-UE f'Marzu 2022 u ngħatat l-istatus ta' kandidat f'Ġunju 2022. In-negozjati tal-adeżjoni nfetħu formalment f'Ġunju 2024. L-UE u l-Moldova jikkooperaw ukoll fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant.

Ukrajna
L-UE u l-istati membri tagħha jinsabu magħqudin fl-appoġġ sod tagħhom għall-Ukrajna. In-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna nfetħu formalment f'Ġunju 2024. L-UE u l-Ukrajna jikkooperaw ukoll fis-Sħubija tal-Lvant.
