Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
439 riżultat
Prodotti li ma jinvolvux id-deforestazzjoni
Foresti b'saħħithom huma vitali għan-nies u għall-ambjent. Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li jnaqqsu d-deforestazzjoni dinjija billi jirregolaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti li l-produzzjoni tagħhom tikkontribwixxi għat-telf tal-foresti madwar id-dinja.

Saħħa mentali
Is-saħħa mentali hija kruċjali għal ħajja sodisfatta u produttiva. Madankollu, ħafna Ewropej għandhom problemi ta' saħħa mentali. Il-pajjiżi tal-UE qed jaħdmu biex jippromwovu aħjar is-saħħa mentali.

Relazzjonijiet UE-Balkani tal-Punent
L-UE tipprovdi appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju b'saħħtu biex tgħin lis-sħab tal-Balkani tal-Punent jimxu 'l quddiem fit-triq Ewropea tagħhom.

Serbja
Is-Serbja applikat għas-sħubija fl-UE f'Diċembru 2009 u ngħatat l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Marzu 2012. In-negozjati tal-adeżjoni bejn l-UE u s-Serbja bdew f'Jannar 2014. Sa issa nfetħu 22 kapitolu.

L-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat fl-UE
Liema pajjiżi fl-UE għandhom terminals biex jimportaw il-gass naturali likwifikat (LNG)?

Għajnuna umanitarja u appoġġ għall-protezzjoni ċivili lill-Ukrajna
L-UE pprovdiet assistenza ta' emerġenza lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa tar-Russja. L-UE u s-27 stat membru tagħha flimkien huma l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja lill-Ukrajna.

Assistenza tal-UE lill-Ukrajna: sigurtà u infrastruttura tal-enerġija
Minħabba l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE ħadet għadd ta' inizjattivi biex tappoġġa s-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna, kif ukoll is-setturi tat-trasport u l-konnettività tal-pajjiż.

Regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali
Il-koordinazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jittrasferixxu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tagħhom fil-każ ta' moviment u mpjieg fl-Ewropa.

L-industrija taċ-ċipep tal-UE
L-att tal-UE dwar iċ-ċipep jirrikonoxxi r-rwol essenzjali li għandhom il-mikroċipep f'kollox, mill-elettronika tal-konsumatur sal-infrastruttura kritika, u l-kontribut importanti tagħhom għall-kompetittività tal-UE.

Il-pakkett dwar il-farmaċewtiċi: regoli ġodda tal-UE dwar il-mediċini
Il-pakkett dwar il-farmaċewtiċi jaġġorna r-regoli attwali dwar il-mediċini biex jissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tal-pazjenti u jappoġġa l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni.
