Skip to content

L-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat fl-UE

L-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG) hija waħda mill-modi kif l-UE qed tiddiversifika l-fornituri u r-rotot biex takkwista l-gass naturali. Dan sar partikolarment importanti minn meta r-Russja invadiet lill-Ukrajna u l-UE ddeċidiet li tnaqqas id-dipendenza mill-importazzjoni tal-gass mir-Russja.

L-UE hija l-akbar importatur ta' LNG fid-dinja. Fl-2024, l-UE importat aktar minn 100 biljun metru kubu (100 bcm). L-akbar importaturi tal-LNG fl-UE huma Franza, Spanja, in-Netherlands, l-Italja u l-Belġju. Parti minn dawk l-importazzjonijiet tal-LNG jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi oħra.

L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u l-użu tal-provvisti tal-gass bħala arma ġiegħlu lill-istati membri tal-UE jiżviluppaw aktar l-infrastruttura tagħhom tal-LNG. Għadd ta' investimenti ppjanati qed jitqiesu bħala proġetti ta' interess komuni tal-UE, li jibbenifikaw minn proċeduri simplifikati u, f'xi każijiet, minn kofinanzjament permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Bis-saħħa ta' dawn l-investimenti, il-kapaċità tal-UE biex timporta l-LNG żdiedet b'70 bcm fil-perjodu 2023-2024, u fil-perjodu 2025-2030 huwa mistenni li jsiru disponibbli 60 bcm oħra.

L-infrastruttura tal-LNG fl-UE

Verżjoni testwali

Il-mappa turi t-terminals tal-LNG fl-istati membri tal-UE li joperaw fil-preżent, dawk li ser jiġu estiżi, li qed jinbnew jew li jinsabu fil-fażi tal-ippjanar.

Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall, il-Belġju, in-Netherlands, il-Kroazja, il-Polonja, il-Greċja, il-Finlandja u l-Litwanja kollha għandhom terminals operattivi tal-LNG.

Hemm aktar minn tużżana terminals tal-LNG ippjanati fl-UE u xi wħud minnhom qed jinbnew issa.

Din id-data ġejja minn Gas Infrastructure Europe u mis-siti web tal-operaturi.

Ara wkoll

L-infografika tipprovdi data reċenti dwar il-provvista tal-gass tal-UE.
Minn fejn jiġi l-gass tal-UE?

Minn fejn jiġi l-gass tal-UE?

Mappa stilizzata tal-Ukrajna sovrapposta bil-kuluri tal-bandiera Ukrena. Fuq il-lemin hemm l-istilel tal-bandiera tal-UE.
Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna

Miter tal-kilowatt fis-siegħa bi vleġġa ħadra tipponta 'l isfel u simboli li jirrappreżentaw metriċi tal-konsum bħall-euro, il-metri kubi, gigawatt-siegħa, u perċentwali.
Kif wieġbet għall-kriżi tal-enerġija tal-2022 l-UE?

Kif wieġbet għall-kriżi tal-enerġija tal-2022 l-UE?

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' April 2026