Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 14 riżultat
How EU enlargement works
The EU integrates new members through the enlargement process once they meet a number of political and economic conditions. Each candidate country has to fulfil the same conditions and complete the same steps.

Ukrajna: investiment fil-futur tal-Ewropa
Il-benefiċċji tas-sħubija bejn l-UE u l-Ukrajna jmorru fiż-żewġ direzzjonijiet. Skopri għaliex l-appoġġ għall-Ukrajna llum ifisser il-bini ta' Ewropa ta' għada aktar b'saħħitha, aktar reżiljenti u aktar sigura.

Moldova
Ir-Repubblika tal-Moldova applikat għas-sħubija fl-UE f'Marzu 2022 u ngħatat l-istatus ta' kandidat f'Ġunju 2022. In-negozjati tal-adeżjoni nfetħu formalment f'Ġunju 2024. L-UE u l-Moldova jikkooperaw ukoll fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant.

Ukrajna
L-UE u l-istati membri tagħha jinsabu magħqudin fl-appoġġ sod tagħhom għall-Ukrajna. In-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna nfetħu formalment f'Ġunju 2024. L-UE u l-Ukrajna jikkooperaw ukoll fis-Sħubija tal-Lvant.

Albanija
L-Albanija applikat għas-sħubija fl-UE f'April 2009 u ngħatat l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Ġunju 2014. L-UE kellha l-ewwel konferenza intergovernattiva tagħha mal-Albanija f'Lulju 2022. S'issa, infetħu t-33 kapitoli tan-negozjati kollha u erbgħa ngħalqu proviżorjament.

Montenegro
Il-Montenegro applika għas-sħubija fl-UE f'Diċembru 2008 u ngħata l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Diċembru 2010. In-negozjati tal-adeżjoni bejn l-UE u l-Montenegro bdew f'Ġunju 2012. S'issa, infetħu t-33 kapitoli tan-negozjati kollha u 21 ingħalqu proviżorjament.

Relazzjonijiet UE-Balkani tal-Punent
L-UE tipprovdi appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju b'saħħtu biex tgħin lis-sħab tal-Balkani tal-Punent jimxu 'l quddiem fit-triq Ewropea tagħhom.

Bożnija-Ħerzegovina
Il-Bożnija-Ħerzegovina applikat għas-sħubija mal-UE fi Frar 2016 u ngħatat l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Diċembru 2022. Ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta' konformità mal-kriterji tas-sħubija, il-Bożnija-Ħerzegovina tista' tibda n-negozjati tal-adeżjoni.

Maċedonja ta' Fuq
Il-Maċedonja ta' Fuq applikat għas-sħubija fl-UE f'Marzu 2004 u ngħatat l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Diċembru 2005. L-UE organizzat l-ewwel konferenza intergovernattiva tagħha mal-Maċedonja ta' Fuq f'Lulju 2022.

Serbja
Is-Serbja applikat għas-sħubija fl-UE f'Diċembru 2009 u ngħatat l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Marzu 2012. In-negozjati tal-adeżjoni bejn l-UE u s-Serbja bdew f'Jannar 2014. Sa issa nfetħu 22 kapitolu.
