Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 65 riżultat
Il-kooperazzjoni tal-UE man-Nazzjonijiet Uniti
L-UE u n-NU jikkommettu ruħhom li jiddefendu s-sistema multilaterali li tirregola r-relazzjonijiet globali b'mod li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd. L-UE u l-istati membri tagħha flimkien huma l-akbar kontributur finanzjarju għas-sistema tan-NU.

Protezzjoni ċivili tal-UE
L-UE tgħin lill-pajjiżi jħejju għad-diżastri u jirreaġixxu għalihom permezz tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili. Tikkoordina l-assistenza għal emerġenzi bħan-nirien fis-selvaġġ, l-għargħar, l-epidemiji, it-terremoti u d-diżastri kkawżati mill-bniedem, fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Imballaġġ
L-iskart mill-imballaġġ qed jiżdied fl-UE. Leġiżlazzjoni ġdida tal-UE għandha l-għan li tindirizza din il-problema, billi tarmonizza r-regoli fl-istati membri kollha u tagħti spinta lill-ekonomija ċirkolari.

Boxxla għall-Kompetittività
Il-boxxla għall-kompetittività tipprovdi pjan li jippermetti lill-Ewropa terġa' tikseb it-tkabbir ekonomiku u l-prosperità tagħha.

Trasport bl-ajru
L-UE qed taħdem biex toħloq settur tat-trasport bl-ajru sikur, sostenibbli u kompetittiv.

Trasport bit-triq
Skopri x'qed tagħmel l-UE biex tagħmel it-trasport bit-triq aktar kompetittiv, aktar ekoloġiku u aktar sikur.

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE
Regoli aktar sempliċi huma kruċjali biex tissaħħaħ il-kompetittività fit-tul tal-UE. L-UE għaddejja sew bis-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni f'diversi oqsma, filwaqt li tipproteġi wkoll l-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha.

Lesti għall-mira ta' 55%: kif l-UE ser issir iktar effiċjenti fl-enerġija
Kif ser tagħmel l-UE biex issir iktar effiċjenti fl-enerġija? L-UE qed tiffissa miri ġodda għall-effiċjenza u l-iffrankar fl-enerġija.

Lesti għall-Mira ta' 55%
Il-liġi Ewropea dwar il-klima tistabbilixxi bħala obbligu legali l-ilħuq tal-għan tal-UE dwar il-klima li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-UE b'mill-inqas 55% sal-2030. Il-pajjiżi tal-UE adottaw leġiżlazzjoni ġdida biex jilħqu dan l-għan u jagħmlu l-UE newtrali għall-klima sal-2050.

Ir-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti
L-UE hija impenjata li tissalvagwarda l-foresti u ttejjeb il-kapaċità tagħhom sabiex jifilħu għall-isfidi klimatiċi u ambjentali.
