Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 15 riżultat
Spjegazzjoni tal-ekonomija ċirkolari
Ir-riżorsi tad-Dinja mhumiex infiniti. L-ekonomija ċirkolari tagħmel l-użu ta' prodotti u materjali aktar sostenibbli u toffri lill-UE opportunità biex issir aktar kompetittiva.

Trattament tal-ilma mormi
It-trattament xieraq tal-ilma mormi huwa meħtieġ biex tiġi żgurata kwalità tajba tal-ilma. L-UE introduċiet regoli ġodda biex tipproteġi aħjar lin-nies u l-ambjent.

Emissjonijiet industrijali
L-attivitajiet industrijali jikkawżaw emissjonijiet ta' sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Il-pajjiżi tal-UE stabbilew regoli komuni biex jillimitaw dawn l-emissjonijiet li jagħmlu l-ħsara.

Il-kummerċ tal-iskart
L-iskart jista' jkun riżorsa. Regoli ġodda tal-UE dwar il-vjeġġi tal-iskart għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari filwaqt li jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-iskart ma jikkawżawx tniġġis.

Strateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għal ambjent aktar sostenibbli u ħieles mis-sustanzi tossiċi
L-istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà għandha l-għan li tipproteġi aħjar is-saħħa tal-bniedem, issaħħaħ il-kompetittività tan-negozji, u tappoġġa ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, bħala parti mill-viżjoni ta' tniġġis żero tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
