"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Ġestjoni tal-fruntieri: ftehimiet ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tista' twettaq stazzjonamenti u operazzjonijiet konġunti fit-territorju ta' pajjiżi ġirien tal-UE, soġġett għall-konklużjoni minn qabel ta' ftehim dwar l-istatus bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiż ikkonċernat.

Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi hija element importanti fil-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

Verżjoni testwali

S'issa ġew innegozjati ftehimiet dwar l-istatus mal-pajjiżi li ġejjin u huma attwalment fis-seħħ jew qed jistennew il-firma:

  • l-Albanija (ġie ffirmat ftehim imsaħħaħ ġdid)
  • il-Bożnija-Ħerzegovina (qed jiġi nnegozjat ftehim imsaħħaħ ġdid)
  • il-Moldova (ftehim fis-seħħ mill-1 ta' Novembru 2022)
  • il-Montenegro (ġie ffirmat ftehim imsaħħaħ ġdid, applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Lulju 2023)
  • ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (ftehim fis-seħħ mill-1 ta' April 2023)
  • is-Serbja (ftehim fis-seħħ mill-1 ta' Mejju 2021 u qed jiġi nnegozjat ftehim imsaħħaħ ġdid)

* Il-mappa hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo

Għal aktar tagħrif dwar kif l-UE tieħu ħsieb il-fruntieri esterni tagħha, ara: