Kronoloġija tal-baġit tal-UE (kalendarju prammatiku)
Kronoloġija tal-baġit tal-UE
Din l-infografika turi l-kronoloġija annwali tal-baġit tal-UE skont il-kalendarju prammatiku.
- Fi Frar, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jadottaw linji gwida
- F'Marzu, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiltaqgħu biex jippreżentaw il-prijoritajiet tagħhom lil xulxin u jaqblu dwar id-dati ewlenin
- Normalment sal-aħħar ta' Mejju, il-Kummissjoni tfassal l-abbozz ta' baġit u tippreżentah lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew
- F'Lulju, il-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni tiegħu
- F'Settembru, il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu u jibgħatha lill-Parlament Ewropew
- Fi żmien 42 jum, il-Parlament Ewropew jew japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill inkella jadotta l-emendi
- F'Ottubru, jekk il-Kunsill ma jaqbilx mal-emendi tal-PE: jitlaqqa' Kumitat ta' Konċiljazzjoni (KK) u jkollu 21 jum biex jaqbel dwar test konġunt.
Il-Kummissjoni tippreżenta ittra emendatorja biex taġġorna l-baġit bl-aħħar previżjonijiet għas-sena ta' wara. - Jekk il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel dwar test konġunt, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom 14-il jum biex japprovawh. Imbagħad, il-baġit annwali jiġi adottat.
- Jekk il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ma jilħqux qbil, il-Kummissjoni jkollha tippreżenta abbozz ta' baġit ġdid.
- Jekk il-baġit annwali jkun għadu mhux adottat sal-bidu tas-sena l-ġdida, tapplika s-sistema ta' parti minn kull tnax proviżorja: parti minn kull tnax tal-baġit tas-sena preċedenti tiġi allokata għal kull xahar.
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025