Skip to content

Relazzjonijiet UE-Eġittu: fatti u ċifri

L-UE u l-Eġittu għandhom relazzjoni twila u b'saħħitha b'kooperazzjoni dejjem tikber. L-Eġittu huwa sieħeb strateġiku ewlieni minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u r-rwol ewlieni li għandu fir-reġjun.

Kooperazzjoni politika

F'Marzu 2024, l-UE u l-Eġittu ffirmaw sħubija strateġika u komprensiva, li tkompli tkabbar ir-relazzjoni tagħhom. Is-sħubija tiffoka fuq sitt pilastri:

  • relazzjonijiet politiċi
  • stabbiltà ekonomika
  • kummerċ u investiment
  • migrazzjoni u mobbiltà
  • sigurtà
  • demografija u kapital uman

L-ewwel summit li qatt seħħ bejn l-UE u l-Eġittu sar fi Brussell fit-22 ta' Ottubru 2025. Is-summit kien opportunità biex jiġu approfonditi aktar ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Eġittu u s-sħubija politika u ekonomika tagħhom, bl-għan li jitrawmu l-istabbiltà, il-paċi u l-prosperità kondiviżi tal-partijiet.

Globu li jimmarka l-Unjoni Ewropea u l-Eġittu bil-bnadar rispettivi.

Assistenza finanzjarja

Is-sħubija strateġika u komprensiva bejn l-UE u l-Eġittu hija akkumpanjata minn pakkett finanzjarju u ta' investiment ta' €7.4 biljun għall-perjodu 2024-2027.

permezz ta' operazzjonijiet ta' għajnuna makrofinanzjarja

għandu jiġi mobilizzat permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej

inkluż €200 miljun għall-migrazzjoni

F'Diċembru 2024, l-UE żborżat €1 biljun f'assistenza makrofinanzjarja fuq perjodu qasir. Fl-2025, ġie adottat it-tieni pakkett ta' assistenza makrofinanzjarja ta' €4 biljun. L-ewwel €1 biljun ta' dan il-pakkett ġie żborżat f'Jannar 2026.

Barra minn hekk, f'Ġunju 2025, tnieda l-mekkaniżmu UE-Eġittu ta' garanzija tal-investiment għall-iżvilupp. L-għan huwa li jiġu mobilizzati sa €5 biljun f'investimenti sal-2027 biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-Eġittu.

Kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni

Fil-marġni tal-ewwel summit bilaterali tagħhom f'Ottubru 2025, l-UE u l-Eġittu ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Eġittu ma' Orizzont Ewropa, il-programm ewlieni ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE. Il-ftehim, li n-negozjati għalih ġew konklużi f'April 2025, ser isaħħaħ il-kapaċitajiet ta' riċerka u innovazzjoni tal-Eġittu, b'hekk jippermetti lir-riċerkaturi u lill-organizzazzjonijiet Eġizzjani biex jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta' riċerka fuq termini ekwivalenti għal entitajiet stabbiliti fil-pajjiżi tal-UE.

Relazzjonijiet kummerċjali

Kummerċ fil-merkanzija

Fl-2025, l-UE kienet l-akbar sieħba kummerċjali tal-Eġittu fir-rigward tal-merkanzija, u kienet responsabbli għal aktar minn 22% tal-kummerċ totali tal-Eġittu. Il-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Eġittu kellu valur ta' €32.4 biljun, bi €12.4 biljun f'importazzjonijiet u €20 biljun f'esportazzjonijiet.

F'dawn l-aħħar għaxar snin il-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Eġittu kiber b'madwar 27%.

Fuq ix-xellug, ċirku bil-bandiera tal-Eġittu, bi strixxi ħomor, bojod u suwed b'ajkla lewn id-deheb fiċ-ċentru, jidderieġi tliet vleġeġ lejn ċirku ta' tnax-il stilla tal-UE fuq il-lemin.

€12.4 biljun f'importazzjonijiet mill-Eġittu

Ċart kwadra li tissimbolizza l-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Eġittu.
Fuq ix-xellug, tnax-il stilla tal-UE jidderieġu tliet vleġeġ lejn ċirku fuq il-lemin li fih il-bandiera tal-Eġittu, li għandha strixxi ħomor, bojod u suwed b'ajkla lewn id-deheb fiċ-ċentru.

€20 biljun f'esportazzjonijiet lejn l-Eġittu

Merkanzija ewlenija li jsir kummerċ fiha bejn l-UE u l-Eġittu

sustanzi kimiċi

makkinarju u apparat (esportazzjonijiet tal-UE)

prodotti minerali

ħxejjex (importazzjonijiet tal-UE)

Kummerċ fis-servizzi

Fl-2024 (l-aktar sena reċenti bid-data disponibbli) il-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Eġittu kellu valur ta' aktar minn €13.7 biljun, li jinkludi €5.6 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE u kważi €8.2 biljun f'importazzjonijiet tal-UE. Il-kummerċ fis-servizzi żdied b'aktar mid-doppju (+102%) bejn l-2014 u l-2024.

Fuq ix-xellug, ċirku bil-bandiera tal-Eġittu, bi strixxi ħomor, bojod u suwed b'ajkla lewn id-deheb fiċ-ċentru, jidderieġi tliet vleġeġ lejn ċirku ta' tnax-il stilla tal-UE fuq il-lemin.

€8.2 biljun f'importazzjonijiet mill-Eġittu

Ċart kwadra li tissimbolizza l-kummerċ ta' servizzi bejn l-UE u l-Eġittu.
Fuq ix-xellug, tnax-il stilla tal-UE jidderieġu tliet vleġeġ lejn ċirku fuq il-lemin li fih il-bandiera tal-Eġittu, li għandha strixxi ħomor, bojod u suwed b'ajkla lewn id-deheb fiċ-ċentru.

€5.6 biljun f'esportazzjonijiet lejn l-Eġittu

Servizzi ewlenin fil-kummerċ bejn l-UE u l-Eġittu

servizzi tat-trasport

servizzi tal-ivvjaġġar (importazzjonijiet tal-UE)

servizzi kummerċjali oħrajn (eż. servizzi ta' konsulenza professjonali u maniġerjali)

servizzi tat-telekomunikazzjoni, tal-kompjuter u tal-informazzjoni (esportazzjonijiet tal-UE)

Ftehimiet bejn l-UE u l-Eġittu relatati mal-kummerċ

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Eġittu ilu fis-seħħ mill-2004. Dan joħloq żona ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Eġittu billi jneħħi t-tariffi fuq il-prodotti industrijali u jiffaċilita l-kummerċ tal-prodotti agrikoli.

Ftehim ieħor dwar prodotti agrikoli, agrikoli pproċessati u tas-sajd daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2010.

Investimenti diretti barranin

L-istokk totali tal-IDB bejn l-UE u l-Eġittu ammonta għal €37.1 biljun fl-2024, bi stokk ta' IDB eżoġenu tal-UE li jammonta għal €1.7 biljun u l-istokk ta' IDB endoġenu tiegħu jammonta għal €35.4 biljun.

Kooperazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża

Fil-qasam tal-paċi, is-sigurtà u d-difiża, l-Unjoni Ewropea tqis lill-Eġittu bħala sieħeb ewlieni, inkluż fil-kuntest tad-djalogu bejn l-UE u l-Eġittu dwar is-sigurtà u d-difiża.

L-UE u l-Eġittu jikkooperaw f'oqsma ta' prijorità kondiviżi, bħas-sigurtà marittima reġjonali, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u ċ-ċibersigurtà. L-iskambji jindirizzaw ukoll l-infurzar tal-liġi, is-sigurtà tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin u traffikar, u kampanji ta' diżinformazzjoni.

L-Eġittu huwa wieħed mill-benefiċjarji tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF). Sal-lum, il-Kunsill adotta żewġ miżuri ta' assistenza - b'valur ta' €40 miljun - għall-benefiċċju tal-Forzi Armati Eġizzjani. L-objettiv tal-miżuri ta' assistenza huwa li jittejbu s-sigurtà u l-istabbiltà nazzjonali tal-Eġittu kif ukoll il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili.

Id-data dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Eġittu użata f'din il-paġna ġiet estratta f'Mejju 2026 u ġejja mis-settijiet ta' data tal-Eurostat li ġejjin:

L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Ġunju 2026