"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Minn fejn jiġi l-gass tal-UE?

L-UE timporta l-biċċa l-kbira tal-gass naturali tagħha. F'dawn l-aħħar snin, l-istati membri tal-UE naqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-gass Russu, u ssostitwewh b'żieda fl-importazzjonijiet min-Norveġja, l-Istati Uniti u l-Alġerija.

Nitbegħdu mill-gass Russu

Matul dawn l-aħħar ftit snin, l-Unjoni Ewropea naqqset b'mod tanġibbli d-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi, wara l-invażjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tal-Ukrajna mir-Russja u l-użu tagħha tal-enerġija bħala arma.

Id-diversifikazzjoni hija proċess għali u li jieħu ż-żmien li jeħtieġ investiment fl-infrastruttura, pereżempju l-bini ta' pipelines ġodda u ta' terminals tal-LNG. Madankollu, l-UE u l-istati membri tagħha qed jieħdu azzjoni malajr.

Is-sehem tar-Russja tal-importazzjonijiet mill-UE tal-gass bil-pipeline naqas minn madwar 40% fl-2021 għal madwar 6% fl-2025. Għall-gass mill-pipelines u l-LNG flimkien, ir-Russja kienet tirrappreżenta madwar 12% tal-importazzjonijiet totali tal-gass tal-UE fl-2025.

F'Jannar 2026, il-Kunsill adotta regolament li jipprojbixxi kemm l-importazzjonijiet tal-LNG kif ukoll dawk tal-gass mill-pipelines mir-Russja mit-18 ta' Marzu 2026, b'perjodi tranżitorji għall-kuntratti eżistenti. Sa tmiem l-2027, l-importazzjonijiet kollha tal-gass Russu ser ikunu pprojbiti.

Dan it-tbegħid mill-gass Russu huwa possibbli prinċipalment minħabba żieda qawwija fl-importazzjonijiet tal-LNG minn pajjiżi oħra u tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-gass fl-UE.

Il-grafika hawn taħt turi l-volum ta' gass importat mill-UE f'biljun metru kubu.

Verżjoni testwali

Grafika li tqabbel il-provvista tal-gass mis-sħab ewlenin lejn l-UE fl-2021, l-2023 u l-2025

L-importazzjonijiet mir-Russja naqsu minn aktar minn 150 biljun metru kubu (bcm) fl-2021 għal 36 bcm fl-2025. Dan kien prinċipalment ikkumpensat minn importazzjonijiet li qed jiżdiedu minn sħab oħra. L-importazzjonijiet min-Norveġja żdiedu minn 79.5 bcm fl-2021 għal 89.3 bcm fl-2025. L-importazzjoni mill-Istati Uniti żdiedet minn 18.9 bcm fl-2021 għal 75.6 bcm fl-2025.

Sors: Kalkolu tal-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq LSEG (Refinitiv) u ENTSO-G

Fornituri ewlenin tal-gass fl-2025

In-Norveġja kienet il-fornitur ewlieni tal-gass lejn l-UE fl-2025 u pprovdiet kważi terz tal-importazzjonijiet kollha tal-gass.

Fornituri oħra kienu jinkludu l-Istati Uniti, l-Alġerija, ir-Renju Unit, l-Ażerbajġan u r-Russja.

Verżjoni testwali

Grafika li turi l-ishma u l-valuri tas-suq (f'biljuni ta' metri kubi) għal diversi fornituri tal-gass lejn l-UE fl-2025.

  • Norveġja: 30.9% – 89.3 bcm
  • Stati Uniti: 26.2% – 75.6 bcm
  • Afrika ta' Fuq: 12.7% – 36.7 bcm
  • Russja: 12.5% – 36.0 bcm
  • Renju Unit: 4.4% – 12.8 bcm
  • Ażerbajġan: 3.9% – 11.3 bcm
  • Qatar: 3.7% – 10.6 bcm
  • Oħrajn: 5.7% – 16.4 bcm

Sors: Kalkolu tal-Kummissjoni Ewropea bbażat fuq LSEG (Refinitiv) u ENTSO-G

Żieda fl-importazzjonijiet tal-LNG

Skont data minn Bruegel, fl-2025, l-UE importat aktar minn 140 biljun metru kubu (bcm) ta' LNG.

L-Istati Uniti kienu l-akbar fornitur ta' LNG lejn l-UE, bi kważi 58% tal-importazzjonijiet totali ta' LNG. L-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ttriplikaw bejn l-2021 u l-2025. L-akbar importaturi tal-LNG fl-UE huma:

  • Franza
  • Spanja
  • Italja
  • Netherlands
  • Belġju

Uħud minn dawn l-importazzjonijiet tal-LNG jiġu esportati mill-ġdid lejn pajjiżi oħra.

Għaliex il-gass huwa daqstant importanti għall-UE u għall-Ewropej?

Il-gass jintuża prinċipalment għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, għat-tisħin domestiku u għall-proċessi industrijali. Madwar 30% tad-djar fl-UE jissaħħnu bl-użu tal-gass. Id-domanda tal-UE għall-gass naturali naqset b'aktar minn 19% bejn l-2021 u l-2024.

Il-konsum tal-gass fl-UE

Verżjoni testwali

Grafika li turi kif jintuża l-gass fl-UE. Madwar 30% jintuża għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, kważi 25% jintuża mid-djar, 25% jintuża mill-industrija u 11% jintuża mis-settur tas-servizzi. Użu ieħor tal-enerġija u mhux tal-enerġija jammonta għal madwar 9%.

Ara wkoll

Miter tal-kilowatt fis-siegħa bi vleġġa ħadra tipponta 'l isfel u simboli li jirrappreżentaw metriċi tal-konsum bħall-euro, il-metri kubi, gigawatt-siegħa, u perċentwali.

Kif wieġbet għall-kriżi tal-enerġija tal-2022 l-UE?

Sistema ta' pipelines b'diversi punti mmarkati tul il-mogħdija tagħha. Fuq il-lemin hemm valv skonnettjat b'simbolu tal-bandiera Russa.

It-tmiem tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa

Grafika dwar l-infrastruttura għall-importazzjoni tal-gass naturali likwifikat (LNG) fil-pajjiżi tal-UE.

L-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat fl-UE

L-aħħar reviżjoni: 2 ta' Marzu 2026