Skip to content

Sistemi tal-IT tal-UE għas-sigurtà u l-migrazzjoni

L-awtoritajiet madwar l-UE jikkondividu informazzjoni permezz ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira għall-protezzjoni taċ-ċittadini, għall-ġlieda kontra l-kriminalità, għas-sigurtà tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Awtoritajiet madwar l-UE jikkondividu informazzjoni permezz ta' sistemi tal-IT ta' skala kbira biex:

  • jiġu protetti l-fruntieri
  • tiġi miġġielda l-kriminalità
  • jiġu protetti ċ-ċittadini
  • tiġi ġestita l-migrazzjoni

Sistemi tal-IT li qed jiġu żviluppati

Is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) ser tirreġistra l-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE minn ċittadini li mhumiex mill-UE

Is-sistema Ewropea ta' informazzjoni u ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar (ETIAS) ser twettaq verifiki minn qabel fuq vjaġġaturi eżentati mill-ħtieġa ta' viża li jidħlu fiż-żona Schengen.

Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS)

  • Użata biex jiġu kkonsultati jew jinħolqu allerti dwar persuni jew oġġetti mfittxija jew neqsin (aġġornata f'Marzu 2023)

Eurodac

  • Bażi ta' data ta' marki tas-swaba' ta' applikanti għall-ażil irreġistrati fl-UE (aġġornament ippjanat)


Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

  • Użata għall-iskambju ta' informazzjoni dwar viżi tal-UE bejn il-pajjiżi ta' Schengen (aġġornament ippjanat)


Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)

  • Użata għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kundanni kriminali (aġġornament ippjanat)


Sistema ta' Dħul/Ħruġ

  • Ser tirreġistra l-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE minn ċittadini li mhumiex mill-UE (sistema ġdida)


Sistema Ewropea ta' informazzjoni u ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar (ETIAS)

  • Ser twettaq verifiki fuq vjaġġaturi eżentati mill-ħtieġa ta' viża meta jkunu ġejjin fiż-żona Schengen (sistema ġdida)

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024