Skip to content

Faċilità Ewropea għall-Paċi

Infografika: Faċilità Ewropea għall-Paċi

Il-Faċilità Ewropea għall-Paċi hija strument finanzjarju ġdid biex isaħħaħ il-kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE, u jgħin biex tinżamm il-paċi madwar id-dinja.

€5 biljun għall-perjodu 2021-2027 iffinanzjati mill-istati membri tal-UE.

Xiex?

Il-Faċilità ser tiffinanzja azzjonijiet esterni li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża u tippermetti lill-UE tassisti lil pajjiżi sħab f'operazzjonijiet militari ta' appoġġ għall-paċi.

Għaliex?

Il-Faċilità ser timpedixxi l-konflitti, iżżomm il-paċi u ssaħħaħ is-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali.

Tagħti l-kapaċità lil pajjiżi sħab u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali biex jagħmlu l-istess.

Kif?

Il-Faċilità ser topera permezz ta' missjonijiet u operazzjonijiet f'pajjiżi ospitanti u assistenza li tista' tinkludi l-forniment ta':

  • tagħmir marbut mal-qasam militari u tad-difiża
  • infrastruttura
  • appoġġ tekniku

Aktar informazzjoni: