Tnaqqis fid-domanda għall-gass fl-UE
Il-pajjiżi tal-UE kollettivament naqqsu b'19% l-ammont ta' gass naturali kkunsmat fl-UE bejn Awwissu 2022 u Jannar 2023. Dan ammonta għal 41.5 biljun metru kubu (bcm).
It-tnaqqis fil-konsum kien ir-riżultat ta' regoli komuni, adottati fis-sajf tal-2022, li stabbilew mira volontarja ta' tnaqqis fil-konsum tal-gass naturali ta' 15% għall-perjodu bejn Awwissu 2022 u Marzu 2023 meta mqabbel mal-konsum medju tagħhom matul l-aħħar ħames snin. L-istati membri setgħu jagħżlu huma stess il-miżuri li bihom iridu jilħqu l-mira.
L-ammont ta' ffrankar ta' gass naturali varja ħafna bejn l-istati membri, b'xi pajjiżi jiksbu tnaqqis żgħir u oħrajn inaqqsu l-konsum b'aktar minn 40%.
It-tnaqqis fid-domanda għall-gass naturali jgħin biex jiġu żgurati l-provvisti tal-enerġija.
Tnaqqis fil-konsum tal-gass naturali fl-UE
(f'terajoule)
Tabella li turi l-konsum tal-gass naturali fl-UE: konsum bejn Awwissu u Jannar mill-2017 sal-2022 (medja) meta mqabbel mal-konsum bejn Awwissu 2022 u Jannar 2023.