"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kif jaħdem il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

Infografika - Kif jaħdem il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

Riżoluzzjoni għal banek inadempjenti

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), wara konsultazzjoni mal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB), jidentifika jekk bank ikunx inadempjenti jew x'aktarx ser ikun.

Il-każ jitressaq quddiem sessjoni eżekuttiva tal-SRB.

Tfittxija għal soluzzjoni

Is-sessjoni eżekuttiva tal-SRB tadotta deċiżjoni:

  • Hija possibbli soluzzjoni mis-settur privat?
  • Jekk le, riżoluzzjoni hija fl-interess pubbliku?
  • Jekk riżoluzzjoni ma tkunx fl-interess pubbliku, il-bank jiġi stralċat
  • Jekk riżoluzzjoni tkun fl-interess pubbliku, l-SRB jgħaddi għal skema ta' riżoluzzjoni

Meta jadotta skema ta' riżoluzzjoni, l-SRB:

  • jidentifika liema għodod ta' riżoluzzjoni għandhom jintużaw
  • jiddeċiedi jekk jistax jintuża l-fond uniku ta' riżoluzzjoni (SRF) u kemm jista' jintuża minnu
  • iqiegħed il-bank taħt riżoluzzjoni

Approvazzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni

L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom massimu ta' 24 siegħa biex jagħtu l-kunsens tagħhom.

Għażla 1

  • Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-iskema
  • L-iskema ta' riżoluzzjoni tidħol fis-seħħ

Għażla 2

  • Il-Kummissjoni toġġezzjona għal elementi diskrezzjonali tal-iskema
  • L-SRB għandu tmien sigħat biex jibdel u japprova l-iskema
  • L-iskema ta' riżoluzzjoni tidħol fis-seħħ

Għażla 3

  • Il-Kummissjoni toġġezzjona għall-użu tal-SRF jew għad-deċiżjoni dwar l-interess pubbliku (fi żmien 12-il siegħa)
  • Il-każ jiġi riferut lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni

Il-Kunsill jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi u fi żmien 12-il siegħa li:

  1. jiċħad l-oġġezzjoni: l-iskema tidħol fis-seħħ
  2. jadotta l-oġġezzjoni għall-użu tal-SRF: l-SRB għandu tmien sigħat biex jibdel u japprova l-iskema, imbagħad l-iskema tidħol fis-seħħ
  3. jadotta l-oġġezzjoni għad-deċiżjoni dwar l-interess pubbliku: l-iskema ma tkunx approvata u l-bank jiġi stralċat

L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Awwissu 2022