"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Mewġa ta' rinnovazzjoni: noħolqu bini ekoloġiku għall-ġejjieni

Infografika dwar il-mewġa ta' rinnovazzjoni

Infografika - Mewġa ta' rinnovazzjoni: noħolqu bini ekoloġiku għall-ġejjieni

Kull sena, 1% biss tal-bini fl-Ewropa ssirlu rinnovazzjoni bil-għan li tnaqqas il-konsum tal-enerġija. It-tħeġġiġ ta' rinnovazzjoni hu ċentrali għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini, l-irkupru tal-ekonomija u l-indirizzar tal-faqar fl-enerġija. Għaliex?

Bini u enerġija

  • Il-bini jikkonsma 40% tal-enerġija tal-UE u jipproduċi 36% tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE marbutin mal-enerġija
  • 2/3 tal-bini Ewropew mhuwiex effiċjenti fl-użu tal-enerġija - ħafna minnu hu abitat minn familji bi dħul baxx
  • Bejn 85% u 95% tal-bini eżistenti fl-UE ser ikun għadu jeżisti fl-2050

Għalfejn hi importanti l-Mewġa ta' Rinnovazzjoni?

  • It-tiġdid ta' bini fl-UE hu kruċjali biex nipproduċu inqas emissjonijiet u nnaqqsu l-konsum tal-enerġija
  • Il-mewġa ta' rinnovazzjoni tista' tgħin fl-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, toħloq l-impjiegi u tagħti spinta lill-ekonomija
  • Tiġdid effiċjenti fl-użu tal-enerġija jista' jnaqqas l-ispejjeż tal-enerġija għad-djar u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom, u b'hekk jiżgura tranżizzjoni ekoloġika ġusta

Kif ser taħdem fil-prattika?

  • It-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija: żieda fl-effiċjenza enerġetika, tnaqqis fl-użu tal-enerġija, adozzjoni ta' soluzzjonijiet rinnovabbli, dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ
  • Enfasi fuq iċ-ċirkolarità: appoġġ għall-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija, bl-użu ta' prattiki ta' kostruzzjoni innovattivi u sostenibbli, il-promozzjoni tal-użu u l-użu mill-ġdid ta' materjali li jinkisbu b'mod sostenibbli u lokali
  • L-għoti ta' appoġġ finanzjarju għal rinnovazzjonijiet: li jikkombinaw investiment privat u pubbliku u skemi ta' fondi tal-UE, il-promozzjoni ta' possibbiltajiet ta' finanzjament bħas-sussidji ekoloġiċi, inċentivi ta' self ekoloġiku, skemi li jobbligaw l-iffrankar tal-enerġija
  • Ir-rikonoxximent tal-ħtieġa għal flessibbiltà: l-UE ser tappoġġa kull stat membru biex iżid ir-rinnovazzjoni bl-aktar mod kosteffettiv, b'rispett għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali

L-inizjattiva Mewġa ta' Rinnovazzjoni għall-Ewropa għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-bini b'60% sal-2030.