"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Boxxla Strateġika għall-UE

Ikklikkja fuq il-link ta' hawn taħt biex issib l-aħħar informazzjoni dwar il-Boxxla Strateġika.

Il-Boxxla Strateġika tagħti direzzjoni aktar ċara u viżjoni komuni għall-isforzi tal-UE fis-sigurtà u d-difiża.

Boxxla Strateġika għall-UE

Il-Boxxla Strateġika tagħti direzzjoni aktar ċara u viżjoni komuni għall-isforzi tal-UE fis-sigurtà u d-difiża fil-ħames sal-għaxar snin li ġejjin.

Qabża kbira 'l quddiem.

  • Ordni dinji inċert
  • Analiżi tat-Theddid
  • Boxxla Strateġika tal-UE
  • Strateġija - Pjan ta' Azzjoni

Għanijiet

Nissieħbu kontra theddid komuni

Ninvestu fil-kapaċitajiet u t-teknoloġiji

Nieħdu azzjoni malajr u deċiżivament fi żminijiet ta' kriżi

Niggarantixxu sigurtà kontra t-theddid u protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE

ERBA' PILASTRI

NISSIEĦBU:

  • Aktar approċċi mfassla apposta fis-sigurtà u d-difiża
  • Kooperazzjoni msaħħa man-NU, in-NATO, l-OSKE(1), l-UA(2) u l-ASEAN(3)
  • Forum ġdid tas-sħubijiet għas-sigurtà u d-difiża biex ilaqqa' sħab multilaterali, reġjonali u bilaterali

NINVESTU

  • Attenzjoni mġedda fuq l-iżvilupp konġunt tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjoni li jmiss
  • Inċentivi addizzjonali biex jistimulaw l-investimenti kollaborattivi tal-istati membri fi proġetti u akkwisti konġunti
  • Il-ħolqien ta' Ċentru ta' Innovazzjoni fid-Difiża fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża
  • Skambju dwar l-objettivi nazzjonali tal-istati membri għal żieda u titjib tal-infiq fuq id-difiża

NAĠIXXU

  • 5000: truppa biex jiffurmaw Kapaċità ta' Skjerament Rapidu tal-Unjoni Ewropea
  • 200: espert mgħammra bis-sħiħ tal-missjoni tal-PSDK(4) li għandhom jintbagħtu fi żmien 30 jum, inkluż f'ambjenti kumplessi
  • Eżerċizzji regolari biex ikomplu jsaħħu l-għajnuna reċiproka fil-każ ta' aggressjoni armata
  • Pjan ta' azzjoni ġdid għall-mobbiltà militari

NIGGARANTIXXU SIGURTÀ

  • Analiżi riveduta tat-theddid għall-UE sa tmiem l-2022
  • Sett ġdid ta' Għodod tal-UE għat-tweġiba koordinata għall-kampanji ibridi
  • Strateġija ġdida dwar l-Ispazju għall-UE għas-sigurtà u d-difiża
  • Ċentru Satellitari tal-UE biex jagħti spinta lill-kapaċità awtonoma tal-intelligence ġeospazjali tal-UE
  • Niżguraw l-aċċess għal oqsma strateġiċi: ibħra miftuħa, iċ-ċiberspazju u l-ajru

Spazju ekstratmosferiku:

  • Użu sħiħ tas-sistema ta' pożizzjonament globali Galileo u l-kapaċitajiet ta' osservazzjoni ta' Copernicus b'appoġġ għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK
  • Kapaċità tal-UE fl-ispazju għal komunikazzjonijiet satellitari governattivi sikuri

Qasam tal-ajru: niżguraw l-aċċess Ewropew sikur għall-ispazju tal-ajru

Ċiberspazju:

  • nipproteġu u niddefendu l-forzi u l-infrastruttura militari tal-UE kontra l-attakki ċibernetiċi
  • Aktar żvilupp tal-Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża

Sigurtà marittima: inżidu l-preżenza navali tal-UE fl-UE u lil hinn minnha

Ibħra miftuħa:

  • Insaħħu u nespandu l-operazzjonijiet navali tal-UE
  • Nespandu l-kunċett ta' Preżenzi Marittimi Koordinati għal oqsma oħra

(1) OSKE Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa; (2) UA Unjoni Afrikana; (3) ASEAN Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja; (4) PSDK Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni