Skip to content

L-UE u l-Balkani tal-Punent interkonnessi

L-ekonomiji tal-UE u tal-Balkani tal-Punent huma interkonnessi. L-UE hija s-sieħeb kummerċjali, l-investitur u d-donatur numru wieħed fir-reġjun.

L-ekonomiji tal-UE u l-Balkani tal-Punent huma interkonnessi

L-UE hija s-sieħeb kummerċjali #1 tal-Balkani tal-Punent:

UE 73 %; Ċina 5 %; Russja 4.8 %; Oħrajn 17.2 %

Il-kummerċ bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent irdoppja f'għaxar snin: 2006 €21.4 biljun - 2006 €43.6 biljun

Kummerċ

L-UE tirrappreżenta l-maġġoranza tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-Balkani tal-Punent: 67 % importazzjoni, 83 % esportazzjoni

Is-sehem tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-UE fil-pajjiżi sħab tal-Balkani tal-Punent (% total 2016):

Albanija, importazzjoni 62.5 %, esportazzjoni 77.7 %. Bożnija- Ħerzegovina, importazzjoni 60.6 %, esportazzjoni 70.8 %. Maċedonja ta' Fuq, importazzjoni 51.2 %, esportazzjoni 78.7 %. Serbja, importazzjoni 62 %, esportazzjoni 6.4 %. Montenegro, importazzjoni 47.3 %, esportazzjoni 35.6 %. Kosovo, importazzjoni 44.7 %, esportazzjoni 26.9 %.

L-opportunitajiet il-ġodda tas-suq għan-negozju fl-UE u l-Balkani tal-Punent

Mill-2000 'il hawn kważi l-esportazzjoni kollha setgħet tidħol fl-UE mingħajr dazji doganali jew limiti fuq il-kwantità.

+140 % esportazzjoni lejn l-UE: L-esportazzjoni lejn l-UE żdiedet minn €7.337 biljuni fl-2006 għal €17.740-il biljun fl-2006.

+85 % importazzjoni mill-UE: L-importazzjoni mill-UE qabżet minn €14.08-il biljun fl-2006 għal €25.92 biljun fl-2016.

Investiment Dirett Barrani:

Il-kumpaniji tal-UE huma bil-bosta l-akbar investituri fil-Balkani tal-Punent.

Il-flussi tal-investiment dirett barrani fil-Balkani tal-Punent (2007-2015):

UE 72.5 %, Kanada 1.4 %, Stati Uniti tal-Amerka 1.1 %, Norveġja 3 %, Russja 4.6 %, Ċina 0.1 % Turkija 2 %, Oħrajn 3.7 %, Żvizzera 3.7 %

Il-kumpaniji tal-UE investew aktar minn €10 biljuni fl-aħħar ħames snin fil-Balkani tal-Punent:

Is-sehem tal-UE28 ta' investiment dirett barrani fil-Balkani tal-Punent % fl-2014: Albanija 64.5 %, Bożnija-Ħerzegovina 60.8 %, Kosovo 33.8 %, Maċedonja ta' Fuq 81.6 %, Montenegro 62.3 %, Serbja 77.6 %.

Skopri aktar dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE ma' kull sieħeb tal-Balkani tal-Punent fl-infografika li ġejja:

Il-kooperazzjoni ekonomika kienet fuq l-aġenda fis-summit UE-Balkani tal-Punent fl-2018. Biex issir taf aktar dwar is-summit, ara: