Skip to content
  • Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Riċerka), 27 ta' Frar 2026

Riżultati ewlenin

Fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar

Il-Kunsill approva l-pożizzjoni tiegħu dwar il-pakkett li jirriforma l-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar, li l-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ il-kompetittività u jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u ġusta tal-industrija tal-azzar u taż-żoni ta' estrazzjoni tal-faħam. Il-ftehim jestendi l-programm sal-2034 (minflok l-2030 kif propost) u jiżgura sa €120 miljun f'investimenti annwali. Jiċċara wkoll l-objettivi tal-programm għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni.

<p>Nicodemos Damianou, Viċi Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Politika Diġitali tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

L-approvazzjoni tal-fond tar-riċerka għall-faħam u l-azzar tfisser l-ewwel approċċ ġenerali taħt il-Presidenza Ċiprijotta; sinjal ċar tal-impenn tagħna għal riżultati tanġibbli u orjentati lejn l-impatt. Dan huwa strument ewlieni biex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà ta' dawn is-setturi kritiċi, essenzjali għar-reżiljenza, is-saħħa ekonomika u l-awtonomija strateġika tal-Ewropa. Ir-regoli l-ġodda ser jissimplifikaw l-aċċess, jestendu d-durata tal-fond u jsaħħu l-appoġġ għall-SMEs, filwaqt li jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn industriji Ewropej aktar nodfa, aktar innovattivi u kompetittivi globalment.

<p>Nicodemos Damianou, Viċi Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Politika Diġitali tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Nicodemos Damianou, Viċi Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Politika Diġitali tar-Repubblika ta' Ċipru

Pakkett Orizzont Ewropa: programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni 2028–2034

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-pakkett Orizzont Ewropa għall-baġit li jmiss tal-UE, b'enfasi fuq ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa.

Il-ministri kellhom diskussjoni dwar il-kwistjonijiet pendenti kritiċi tal-pakkett leġiżlattiv Orizzont Ewropa, bil-ħsieb li jintlaħaq approċċ ġenerali parzjali (PGA) fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill għar-riċerka fid-29 ta' Mejju 2026. Il-ministri ddiskutew kwistjonijiet kritiċi, inkluż l-interkonnessjonijiet mal-fond Ewropew għall-kompetittività (FEK), is-sħubijiet Ewropej, il-finanzjament għall-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija, u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tar-riċerka, ir-riċerka b'użu doppju u fil-qasam tad-difiża biss.

Kooperazzjoni internazzjonali dwar ir-R&Ż fil-kuntest ġeopolitiku attwali

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-R&Ż fil-kuntest ġeopolitiku attwali. Il-ministri skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar suġġetti bħat-tagħlimiet meħuda mill-ftehimiet attwali dwar l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi mal-programm tar-R&Ż, u kif il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tar-R&Ż tista' ssib bilanċ bejn il-ftuħ u l-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi u l-valuri tal-UE, immexxija mill-prinċipju "kemm jista' jkun miftuħ, magħluq kemm meħtieġ".

Affarijiet oħra

Id-delegazzjonijiet ta' Spanja, l-Awstrija, il-Kroazja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovenja taw preżentazzjoni dwar kif jiġu żgurati mekkaniżmu għall-istabbiliment tal-prijoritajiet u proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet effettivi fil-qasam tar-R&Ż.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Marzu 2026