Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 22/11/2013, 22 ta' Novembru 2013

Għall-ewwel darba, il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-baġits tal-istati membri u jekk dawn humiex konformi mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Dan huwa pass fis-semestru Ewropew li japplika biss għall-pajjiżi taż-żona tal-euro

L-abbozz tal-baġits ġew rieżaminati fid-dawl tal-parti fiskali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati f'Lulju. Il-Grupp tal-Euro qies ukoll il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prospettiva fiskali taż-żona tal-euro u l-implikazzjonijiet politiċi tagħha.

Id-diskussjoni saret f'konformità mar-regoli ġodda introdotti mil-leġislazzjoni "two-pack". L-għan tagħha huwa li ttejjeb it-trasparenza u l-koordinazzjoni tal-ippjanar baġitarju u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-istati membri, u li żżomm il-baġits fuq bażi sostenibbli.

Id-diskussjoni fil-Grupp tal-Euro tiżgura li jiġu identifikati sfidi komuni u li l-implikazzjonijiet usa' tal-baġits individwali taż-żona tal-euro ikunu rikonoxxuti. L-istati membri ser jiffinalizzaw il-baġits tagħhom qabel tmiem is-sena fid-dawl ta' din id-diskussjoni.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025