- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 11/07/2016, 11 ta' Lulju 2016
Riżultati ewlenin
Is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fiż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fiż-żona tal-euro. Il-Kummissjoni u l-BĊE informaw lill-ministri dwar l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji wara l-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit fit-23 ta' Ġunju.
Hemm sinjali li s-swieq, wara korrezzjonijiet inizjali, qegħdin jistabbilizzaw ruħhom. Madankollu, l-inċertezza prevalenti, b’mod partikolari fost l-investituri, tista’ tkun ta’ piż għall-prospetti ta’ tkabbir fuq perjodu medju, inkluż fiż-żona tal-euro.
“Hemm grad għoli ta’ inċertezza, iżda dan ma jbiddilx l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu fuq politiki fiskali sodi li jiffavorixxu t-tkabbir, riformi strutturali, u l-organizzazzjoni tas-settur bankarju. L-aġenda tagħna u l-impenn tagħna għal dik l-aġenda jibqgħu kif inhuma", qal il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem wara l-laqgħa.
Sorveljanza ta’ wara l-programm fl-Irlanda u l-Portugall
Il-Grupp tal-Euro ġie informat bl-eżiti ewlenin tal-ħames rieżami ta' sorveljanza ta' wara l-programm fl-Irlanda u r-raba' rieżami ta' sorveljanza ta' wara l-programm fil-Portugall, li t-tnejn saru f'Ġunju 2016.
Iż-żewġ missjonijiet ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm kkonkludew li kemm l-Irlanda kif ukoll il-Portugall huma kapaċi jħallsu lura s-self li rċevew fil-programmi rispettivi tagħhom.
- Dikjarazzjoni wara l-ħames missjoni ta’ sorveljanza ta' wara l-programm fl-Irlanda (Ġunju 2016)
- Dikjarazzjoni wara r-raba’ missjoni ta’ sorveljanza ta’ wara l-programm fil-Portugall (Ġunju 2016)
Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir - implimentazzjoni fil-pajjiżi taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni baġitarja fi Spanja u l-Portugall. Fis-7 ta’ Lulju l-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjonijiet għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu li l-ebda wieħed miż-żewġ pajjiżi ma ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu fiż-żmien stabbilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2013.
Id-deċiżjonijiet ibbażati fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ser jittieħdu mill-Kunsill tal-UE.
- Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva mill-Portugall b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013
- Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi li ma ttieħdet l-ebda azzjoni effettiva minn Spanja b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2013
Pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro abbażi tal-programmi nazzjonali ta' stabbiltà ppreżentati mill-istati membri taż-żona tal-euro fil-kuntest tas-Semestru Ewropew f’April ta' din is-sena.
Il-Grupp tal-Euro qabel li l-pożizzjoni fiskali aggregata fiż-żona tal-euro hija mistennija tinbidel minn kemxejn espansjonarja fl-2016 għal ġeneralment newtrali fl-2017.
Id-dibattitu ser jikkontribwixxi għat-tħejjija mill-istati membri tal-pjanijiet baġitarji tagħhom għall-2017 aktar tard din is-sena.
Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: investiment fiż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kompla bis-serje ta' diskussjonijiet tematiċi tiegħu dwar it-tkabbir u l-impjiegi, din id-darba b’enfasi fuq l-investiment. Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-ostakli strutturali u regolatorji għall-investiment, b’enfasi b’mod partikolari fuq it-titjib tal-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika, l-ambjent tan-negozju u fuq ostakli speċifiċi li jiltaqgħu magħhom setturi differenti.
Din id-diskussjoni tikkomplementa l-inizjattivi aktar ġenerali tal-UE kollha biex tingħata spinta lill-investiment.
Ir-rilanċ tal-investiment huwa partikolarment importanti biex jiżdiedu l-prospetti ta’ tkabbir fuq perjodu qasir u twil tal-ekonomija taż-żona tal-euro.
Il-Grupp tal-Euro ser ikompli d-diskussjoni aktar tard din is-sena.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025