"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri ddiskutew il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro qabel it-tħejjija tal-baġits nazzjonali għas-sena d-dieħla.
Il-President tal-Bord Fiskali Ewropew, Pieter Hasekamp, ippreżenta l-aħħar rapport tal-Bord, segwit mill-analiżi tal-Kummissjoni.
Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.
Iż-żamma tal-kredibbiltà tal-qafas fiskali li qbilna dwaru sentejn ilu tibqa' essenzjali. Finanzi pubbliċi sodi huma prerekwiżit għal ekonomija Ewropea kompetittiva.
Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro
Il-Grupp tal-Euro skambja l-fehmiet tiegħu dwar ir-rwol internazzjonali tal-euro, abbażi tar-rieżami annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-analiżi tal-Kummissjoni.
Il-President tal-Grupp tal-Euro, Kyriakos Pierrakakis, ippreżenta l-programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro, li jkopri l-bqija ta' din is-sena u l-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.
Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom u mbagħad approvaw il-programm ta' ħidma.
L-impatt ekonomiku tat-teknoloġiji emerġenti: l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà
Il-ministri ddiskutew l-implikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà għas-settur finanzjarju, kif ukoll il-kundizzjonijiet qafas meħtieġa biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-IA fl-Ewropa.
Is-CEO ta' Mistral ġie mistieden jikkontribwixxi għad-diskussjoni.
L-Ewropa jeħtiġilha toħloq il-kundizzjonijiet it-tajba, timmobilizza l-kapital meħtieġ u tippermetti lill-kumpaniji tagħha jiksbu l-iskala biex jikkompetu globalment, sabiex il-ġenerazzjoni li jmiss ta' promoturi globali tal-IA titwieled, tikber u tibqa' fl-Ewropa.
Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro
Finanzi diġitali
Il-Grupp tal-Euro adotta dikjarazzjoni dwar il-finanzi diġitali, li tippreżenta l-fehmiet u l-ambizzjonijiet tal-ministri għall-appoġġ għall-iżvilupp tal-finanzi diġitali fl-Unjoni Ewropea.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.