"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 03/04/2017, 3 ta' April 2017

Riżultati ewlenin

Sirja

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew is-sitwazzjoni fis-Sirja, qabel il-Konferenza ta’ Brussell dwar l-Appoġġ għall-futur tas-Sirja u r-reġjun fl-4 u l-5 ta' April 2017. Il-Kunsill adotta l-istrateġija tal-UE għas-Sirja.

"Huwa essenzjali li tinżamm l-attenzjoni tal-komunità internazzjonali fuq is-sitwazzjoni fis-Sirja, hekk kif ser nidħlu fis-seba’ sena tal-kunflitt. Dan jirrikjedi mhux biss appoġġ umanitarju iżda wkoll impenn biex tiġi ffaċilitata soluzzjoni politika għall-kunflitt, inkluż transizzjoni politika ġenwina, sinifikanti u inklużiva. "

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Jemen

Hekk kif il-kunflitt fil-Jemen dieħel fit-tielet sena tiegħu, il-ministri indirizzaw is-sitwazzjoni politika u umanitarja fil-pajjiż, li qed tkompli tmur lura. 17-il miljun Jemenit jiddependi fuq l-għajnuna esterna għall-għajxien tiegħu, u 7.3 miljuni huma f'riskju serju ta' ġuħ. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet.

"L-UE qatt mhi ser tippermetti li din issir kriżi minsija."

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill iddikjara li jinsab lest li jżid l-isforzi tiegħu biex jappoġġa lin-Nazzjonijiet Uniti fit-tfittxija tagħha għal riżoluzzjoni politika għall-kriżi, u biex iżid l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni fil-pajjiż biex jintlaħqu l-ħtiġijiet dejjem akbar.

Libja

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Libja. Ir-Rappreżentant Għoli infurmat lill-Ministri dwar l-ewwel laqgħa tal-Kwartett dwar il-Libja fit-18 ta’ Marzu 2017, li fihom hija pparteċipat f’isem l-UE, flimkien man-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana u l-Lega tal-Istati Għarab bl-għan li tinstab soluzzjoni għall-kriżi fil-Libja. Matul id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw l-impenn tal-UE li tappoġġa lil-Libjani jsibu l-unità u l-istabbiltà għal pajjiżhom fil-qafas tal-Ftehim Politiku Libjan.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025