"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 06/03/2017, 6 ta' Marzu 2017

Riżultati ewlenin

Balkani tal-Punent

"Il-pajjiżi kollha fil-Balkani tal-Punent għamlu progress tajjeb fil-proċess lejn l-integrazzjoni Ewropea. Hemm ukoll il-fiduċja li ma hemm l-ebda potenza oħra fid-dinja li għandha impatt daqstant pożittiv fuq il-Balkani tal-Punent daqs l-Unjoni Ewropea. Il-ministri għall-Affarijiet Barranin bagħtu messaġġ ċar ħafna: in-nies tal-Balkani jistgħu jistennew minn għandna approċċ serju, konsistenti u impenjat."

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Ministri kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tal-UE u l-fokus fuq ir-reġjun, inkluż permezz ta’ rabtiet politiċi u ekonomiċi. Il-Kunsill enfasizza wkoll il-ħtieġa li s-sħab fir-reġjun iwettqu r-riformi ħalli jiġi żgurat li dawn jagħmlu progress sostnut fit-triq Ewropea. F’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni reġjonali tajba tibqa’ essenzjali, bħalma hija l-ħtieġa li jitrażżan u jiġi evitat id-diskors provokattiv. Il-ministri enfasizzaw ukoll l-importanza li jintlaħqu l-popolazzjonijiet tar-reġjun, b'mod partikolari permezz tad-diplomazija pubblika, biex jiġu kkomunikati aħjar il-benefiċċji li toffri t-triq Ewropea: titjib fl-istat tad-dritt, it-trasformazzjoni tas-soċjetajiet u l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ. Il-ministri esprimew ukoll ir-rieda tal-UE li tkompli tgħin lill-Balkani tal-Punent biex jindirizzaw sfidi komuni, bħalma huma t-traffikar ta' bnedmin, il-kuntrabandu tad-drogi, ir-radikalizzazzjoni estrema u t-terroriżmu. Id-diskussjoni tal-Kunsill ser tikkontribwixxi għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-9 u l-10 ta’ Marzu, li hija mistennija tiddiskuti s-sitwazzjoni fir-reġjun.

Sigurtà u difiża

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jiddeskrivu l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. Il-konklużjonijiet jivvalutaw dak li sar biex jiġi implimentat dak li ġie miftiehem mill-Kunsill Ewropew fil-15 ta’ Diċembru 2016.

Il-Kunsill qabel ukoll li jistabbilixxi kapaċità militari tal-ippjanar u t-tmexxija (MPCC), fi ħdan il-Persunal Militari eżistenti tal-UE tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Din ser ittejjeb l-appoġġ minn Brussell għal missjonijiet militari mhux eżekuttivi, li bħalissa jinkludi missjonijiet ta' taħriġ tal-UE fl-Afrika Ċentrali, il-Mali u s-Somalja.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024