"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 06/02/2017, 6 ta' Frar 2017

Riżultati ewlenin

Fil-ġimgħat li ġejjin ser ikollna skambji intensivi mal-kontropartijiet tagħna mill-Istati Uniti. Id-diskussjonijiet tal-lum, b'mod partikolari dawk dwar l-Ukrajna u l-Proċess ta' Paċi tal-Lvant Nofsani, kienu utli ħafna biex tiġi evalwata l-pożizzjoni tal-UE, li hi magħquda, u li għandha pożizzjonijiet ċari ħafna.

Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Libja

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni politika fil-Libja. Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE reġgħu affermaw l-importanza li l-Libja terġa' tikseb l-istabbiltà permezz ta' soluzzjoni politika inklużiva taħt il-qafas tal-ftehim politiku Libjan. Huma enfasizzaw ir-rwol importanti li jista' jkollhom l-atturi u l-organizzazzjonijiet reġjonali f'dan ir-rigward. L-UE ser tingħaqad man-Nazzjonijiet Uniti, il-Lega tal-Istati Għarab u l-Unjoni Afrikana biex jifformaw Kwartett li jlaqqa' l-isforzi ta' medjazzjoni. L-istabbiltà u l-paċi fil-Libja mhumiex biss importanti għall-ġirien tagħha - inkluż l-UE, iżda għal-Libjani stess, kif ukoll għall-migranti li jinsabu fil-Libja bħalissa. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Libja.

Proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill iddiskuta l-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani fid-dawl tal-iżviluppi l-iktar reċenti. Il-ministri tennew it-tħassib tagħhom dwar l-insedjamenti l-ġodda mħabbra mill-Iżrael u appellaw liż-żewġ naħat biex jibqgħu lura milli jieħdu kwalunkwe miżura li tista' tirriżulta f'eskalazzjoni tal-konflitt. L-UE reġgħet affermat l-impenn sħiħ tagħha li taħdem biex tikseb ftehim ta' paċi komprensiv, biex tippreserva l-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati u biex taqleb għall-aħjar ix-xejriet negattivi attwali fil-post. Ir-Rappreżentant Għoli stqarret li l-UE tinsab lesta biex tkompli taħdem man-NU, l-Istati Uniti u mas-sħab Għarab biex tikseb dawn l-għanijiet.

L-Ukrajna

Il-Kunsill reġa' eżamina s-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Il-Kunsill esprima l-impenn qawwi li ħa biex jappoġġa l-aġenda ta' riforma Ukrena, permezz ta' appoġġ finanzjarju kontinwu u sinifikanti, kif ukoll permezz tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-UE (EUAM Ukraine). Il-ministri ssottolinjaw li l-Ukrajna ħadet passi pożittivi importanti f'bosta oqsma, b'mod partikolari fl-iżvilupp soċjoekonomiku u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Kunsill ħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn ir-riformi kif ukoll li jsir aktar progress f'oqsma bħalma huma r-riforma kostituzzjonali, ġudizzjarja u elettorali, l-amministrazzjoni pubblika u s-settur tal-enerġija.

Fid-dawl tal-fatt li dan l-aħħar reġgħet żdiedet il-vjolenza fil-Lvant tal-Ukrajna, il-ministri għall-affarijiet barranin stqarrew it-tħassbin tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni umanitarja. Huma ddiskutew kif jistgħu jżidu l-appoġġ tal-UE għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk. Il-Kunsill tenna l-appoġġ tal-UE għad-diskussjonijiet fil-qafas tal-format tan-Normandija u għaraf il-ħidma importanti li saret mill-missjoni speċjali tal-OSKE ta' monitoraġġ fl-Ukrajna.

L-Eġittu

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fl-Eġittu u t-triq 'il quddiem għar-relazzjonijiet bilaterali. Huma indirizzaw aktar speċifikament l-appoġġ tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, id-djalogu, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni f'oqsma bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-migrazzjoni u r-rwol tal-Eġittu fir-reġjun. Id-diskussjoni ħejjiet għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Affarijiet Barranin, li għaliha ser jiġi mistieden għal diskussjoni informali mal-ministri tal-UE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Eġittu, Sameh Hassan Shoukry.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025