"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 22 ta' Frar 2022

Riżultati ewlenin

Kunsill Ewropew 24-25 ta' Marzu 2022

Il-ministru kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' aġenda annotata tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2022.

Il-mexxejja tal-UE ser jevalwaw is-sitwazzjoni epidemjoloġika u tat-tilqim u ser iwettqu sforzi ta' koordinazzjoni b'rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Ser jerġgħu jirreferu wkoll għall-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-governanza tas-saħħa globali u s-solidarjetà.

Il-Kunsill Ewropew ser ikollu dibattitu strateġiku dwar is-sigurtà u d-difiża. Ser jiġi mistieden japprova l-Boxxla Strateġika.

Il-Kunsill Ewropew ser jindirizza prijoritajiet għas-Semestru Ewropew 2022 u ser jiġi mistieden japprova r-Rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

Fil-kuntest tal-ġrajjiet kurrenti, il-Kunsill Ewropew jista' jindirizza kwistjonijiet ta' politika barranija.

Stat tad-dritt fil-Polonja

Il-Kunsill kellu seduta ta' smigħ dwar l-istat tad-dritt fil-Polonja skont il-proċedura tal-Artikolu 7(1) TUE.

Is-suġġetti diskussi waqt is-seduta kienu inkwadrati fil-proposta motivata tal-Kummissjoni, li tat bidu għal din il-proċedura fl-2017, u li tiffoka fuq l-indipendenza tal-ġudikatura.

L-għan tas-seduti ta' smigħ huwa li jipprovdu lill-Kunsill bi stampa aġġornata tas-sitwazzjoni u li jgħinu fl-integrazzjoni tal-iżviluppi mill-aħħar seduta ta' smigħ fit-22 ta' Ġunju 2021.

Il-proposta motivata ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fl-20 ta' Diċembru 2017 biex tiddetermina li hemm riskju ċar ta' ksur serju tal-istat tad-dritt mill-Polonja u biex tagħmel rakkomandazzjonijiet biex il-Polonja tallinja r-riformi ġudizzjarji tagħha mal-prinċipji tal-istat tad-dritt.

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-presidenza infurmat lill-Kunsill dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u l-passi li jmiss sad-9 ta' Mejju.

Il-konferenza waslet biex tidħol f'fażi konkreta ħafna, b'mod partikolari wara s-sessjoni plenarja tal-11 u t-12 ta' Marzu, fejn ser jiġu diskussi r-rakkomandazzjonijiet tal-panels taċ-ċittadini l-aktar reċenti.

Aktar diskussjonijiet, inkluż dwar is-segwitu għall-konferenza, huma previsti wkoll fil-laqgħa informali f'Arles fit-3 u l-4 ta' Marzu li ġej.

Clément Beaune, Segretarju tal-Istat Franċiż responsabbli għall-Affarijiet Ewropej
Bil-ħsieb li tiġi ffinalizzata l-ħidma tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fid-9 ta' Mejju, il-Presidenza ser tkompli tiżgura koordinazzjoni mill-qrib tal-Kunsill, b'rispett sħiħ tal-arranġamenti ta' governanza stabbiliti mill-istituzzjonijiet Ewropej. Hija ser tagħti attenzjoni partikolari għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet magħmula miċ-ċittadini, inkluż permezz ta' eżerċizzji ta' konsultazzjoni nazzjonali.
Clément Beaune, Segretarju tal-Istat Franċiż responsabbli għall-Affarijiet Ewropej
Clément Beaune, Segretarju tal-Istat Franċiż responsabbli għall-Affarijiet Ewropej

It-tħejjija, il-kapaċità ta' rispons u r-reżiljenza għal kriżijiet futuri

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar it-tisħiħ tat-tħejjija, il-kapaċità ta' rispons u r-reżiljenza għal kriżijiet eventwali. L-għan kien li tingħata d-direzzjoni politika meħtieġa għall-ħidma fil-livell tekniku madwar tliet kwistjonijiet ewlenin: it-tħejjija, il-kapaċità ta' rispons u r-reżiljenza għal kriżijiet eventwali.

Affarijiet oħra

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi rigward ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit u d-delegazzjoni Slovakka kkomunikat proposti dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti fl-UE.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025