- Summit Internazzjonali
Summit tal-G20 f’Hamburg, il-Ġermanja, 07-08/07/2017, 7 u 8 ta' Lulju 2017
Il-mexxejja tal-G20 iltaqgħu f'Hamburg, il-Ġermanja, fis-7 u t-8 ta' Lulju. Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irrappreżentaw lill-UE waqt is-summit. It-tema tas-summit ta’ din is-sena kienet "Insawru dinja interkonnessa".
Il-mexxejja adottaw dikjarazzjoni li tiffoka fuq:
- il-kondiviżjoni tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni
- il-bini tar-reżiljenza
- it-titjib tal-għajxien sostenibbli
- l-irfigħ tar-responsabbiltà
Adottaw ukoll pjan ta’ azzjoni sabiex titjieb il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u jiġu indirizzati l-ġellieda terroristi barranin.
Fir-rigward tal-enerġija u l-klima, il-mexxejja ħadu nota tal-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta’ Pariġi. Il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-G20 l-oħrajn iddikjaraw li l-Ftehim ta' Pariġi huwa irriversibbli u approvaw il-pjan ta’ azzjoni ta' Hamburg tal-G20 għat-tkabbir fil-qasam tal-klima u l-enerġija.
Dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati, il-mexxejja qablu li jsaħħu l-koordinazzjoni u jaġixxu kontra l-faċilitaturi ta’ dħul klandestin u t-traffikanti ta’ bnedmin. L-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u l-appoġġ għall-pajjiżi tal-oriġini u ta' transitu huma wkoll prijoritajiet għall-mexxejja.
"Il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali huwa negozju organizzat. Is-sena li għaddiet iġġenera 1.6 biljun dollaru fil-Libja waħedha. Dan il-qligħ jippermetti lill-faċilitaturi ta’ dħul klandestin biex jikkontrollaw xi partijiet mill-pajjiż. Huma jikkooperaw ukoll mat-terroristi u jkomplu jdgħajfu l-istabbilizzazzjoni tal-Libja."
Il-President Tusk waqt il-konferenza stampa qabel is-summit tal-G20, 7 ta' Lulju 2017
Il-mexxejja saħqu dwar il-ħtieġa li lin-nies jingħataw għajnuna aħjar sabiex jaħsdu l-opportunitajiet u l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni ekonomika. Iddiskutew ukoll dwar kif jistgħu jkomplu jibnu sistema finanzjarja miftuħa u reżiljenti.
Il-mexxejja impenjaw ruħhom li jżidu l-kooperazzjoni fiskali u t-trasparenza finanzjarja internazzjonali, kif ukoll li jindirizzaw il-kwistjoni tal-kapaċità żejda tal-azzar.
L-iżvilupp tal-Afrika għadu prijorità ewlenija għall-G20. Il-mexxejja nedew is-sħubija mal-Afrika tal-G20 biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi fil-kontinent. Din tinkludi l-inizjattiva tal-G20 favur l-impjieg ta' żgħażagħ fiż-żoni rurali li ser tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' 1.1 miljun impjieg ġdid sal-2022.
Il-mexxejja saħqu dwar l-importanza li tiġi sfruttata d-diġitalizzazzjoni biex jinkiseb tkabbir inklużiv u sostenibbli. Il-promozzjoni tal-litteriżmu u l-ħiliet diġitali hija essenzjali biex in-nies jitħejjew aħjar għall-futur tax-xogħol.
Il-mexxejja qablu wkoll li jieħdu azzjoni ulterjuri biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi. Enfasizzaw ir-rwol li jaqdu d-diġitalizzazzjoni u l-ICT b'appoġġ għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa.
Barra minn hekk, il-mexxejja enfasizzaw il-valur tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tas-saħħa, b'mod partikolari biex tiġi miġġielda aħjar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi.
It-13-il edizzjoni tas-summit tal-G20 ser tiġi ospitata mill-Arġentina fl-2018.
Dokumenti maqbula oħra
Il-mexxejja tal-G20 qablu wkoll dwar diversi dokumenti oħra:
- Pjan ta’ azzjoni ta' Hamburg tal-G20
- Pjan ta’ azzjoni tal-G20 dwar il-klima u l-enerġija għat-tkabbir
- Aġġornament ta' Hamburg tal-pjan ta’ azzjoni tal-G20 dwar l-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli
- Rapport ta' progress annwali tal-2017
- Sħubija mal-Afrika tal-G20
- Inizjattiva tal-G20 favur l-impjiegi taż-żgħażagħ rurali
- Prinċipji ta’ livell għoli dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni marbuta mal-kummerċ illegali ta' annimali selvaġġi u l-prodotti tal-annimali selvaġġi
- Prinċipji ta’ livell għoli dwar ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi għall-korruzzjoni
- Prinċipji ta’ livell għoli dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fid-dwana
- Prinċipji ta’ livell għoli għall-organizzazzjoni kontra l-korruzzjoni
- Inizjattiva tal-G20 "#eSkills4Girls"
- Faċilità tal-intraprenditorija tan-nisa (anness)
- Djalogu tal-G20 dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi
Il-prijoritajiet tal-UE fis-summit tal-mexxejja tal-G20
Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ippreżentaw il-kwistjonijiet ewlenin għas-summit f’ittra konġunta li ntbagħtet lil kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE:
- ir-rwol tal-G20 biex l-ekonomija globali taħdem għal kulħadd
- Sistema ta' kummerċ multilaterali miftuħa u ġusta bbażata fuq ir-regoli u sistema internazzjonali monetarja u finanzjarja reżiljenti
- il-benefiċċji ekonomiċi ta’ azzjoni klimatika u l-potenzjal tar-revoluzzjoni diġitali
- l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa
- il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu
- responsabbiltà kondiviża għar-refuġjati u l-migranti, u sħubija mal-Afrika għal investiment, tkabbir u impjiegi
Kuntest
Il-G20 jlaqqa’ 19-il pajjiż kif ukoll l-UE. Il-membri tal-G20 jirrappreżentaw aktar minn 80% tal-prodott domestiku gross tad-dinja (PDG) u jospitaw kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni tad-dinja.
Is-summit tal-G20 ġie stabbilit fl-2008 waqt il-kriżi finanzjarja globali sabiex tiżdied il-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali. Minn dak iż-żmien, il-membri tal-G20 iltaqgħu darba fis-sena biex jiddiskutu firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ekonomika u finanzjarja.
L-UE bħala membru tal-G20
L-Unjoni Ewropea hija membru sħiħ tal-G20, flimkien ma’ erba’ mill-istati membri tagħha: Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit. Barra minn hekk, Spanja hija mistieden permanenti tal-G20 u n-Netherlands huwa pajjiż sieħeb.
L-UE għandha l-post proprju tagħha madwar il-mejda tal-G20 billi hija waħda mill-akbar atturi ekonomiċi globali b’kompetenzi speċifiċi fi kwistjonijiet kummerċjali, politika ekonomika, regolamentazzjoni finanzjarja, żvilupp, enerġija u tibdil fil-klima.
Stqarrijiet għall-istampa
- G20 Leaders' Declaration - Shaping an interconnected world
- 08/07/2017
- G20 Action Plan on Countering Terrorism
- 07/07/2017
- Remarks by President Donald Tusk before the G20 summit in Hamburg, Germany
- 07/07/2017
- Joint letter of Presidents Donald Tusk and Jean-Claude Juncker on the upcoming G20 summit
- 05/07/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ester Arauzo-Azofra Uffiċjal tal-istampa
- +32 2 281 53 61
- +32 473 63 07 23
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025