- Summit Internazzjonali
Summit UE-Ġappun, 06/07/2017, 6 ta' Lulju 2017
Is-summit bejn l-UE u l-Ġappun sar fis-6 ta’ Lulju fi Brussell. Waqt is-summit, il-mexxejja ħabbru qbil politiku dwar ftehim ambizzjuż ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun u kooperazzjoni politika eqreb imsejsa fuq valuri kondiviżi, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.
Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, u Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentaw lill-UE fis-summit.
Il-mexxejja adottaw dikjarazzjoni wara s-summit, kif ukoll dikjarazzjoni oħra dwar il-Korea ta’ Fuq.
- Dikjarazzjoni wara l-24 Summit bejn l-UE u l-Ġappun, Brussell, 6 ta' Lulju 2017
- Dikjarazzjoni mill-Prim Ministru Abe, il-President Tusk u l-President Juncker dwar il-Korea ta’ Fuq, 6 ta’ Lulju 2017
- Kummenti mill-President Donald Tusk waqt il-konferenza stampa tas-summit bejn l-UE u l-Ġappun, fi Brussell, 6 ta' Lulju 2017
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun qablu fil-prinċipju dwar Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika. Dan il-ftehim ser jagħti spinta lis-sħubija kummerċjali u ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun billi jindirizza kwistjonijiet marbuta ma’:
- l-aċċess għas-suq għal prodotti (inklużi karozzi u prodotti tal-ħalib), servizzi u investiment
- l-akkwist, inklużi ferroviji
- il-miżuri nontariffarji
- il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi
- id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun ser ikun il-bażi għall-promozzjoni ta’ kummerċ ħieles u ġust bejn tnejn mill-aktar ekonomiji globali importanti, u jiċħad kwalunkwe forma ta’ protezzjoniżmu. Isaħħaħ ukoll l-impenn bejn l-UE u l-Ġappun għal ħidma saħansitra eqreb dwar l-istabbiliment ta’ standards internazzjonali ġodda fil-futur.
“Minkejja l-għajdut ta’ xi wħud, li żmien l-isolazzjoniżmu u d-diżintegrazzjoni rieġa’ ġej, aħna qed nuru li dan mhux il-każ. Qed nuru li fil-fatt id-dinja m'għandhiex għalfejn tmur mitt sena lura. Pjuttost bil-kontra. M'hemmx bżonn li jkun hekk. Kif qed nagħtu xhieda ta’ dan mal-Ġappun.”
Il-President Donald Tusk fil-konferenza stampa tas-summit UE-Ġappun fi Brussell
It-timijiet rispettivi tan-negozjati ser jiffinalizzaw il-ftehim, biex il-proċeduri interni jkunu jistgħu jibdew dalwaqt, kemm fl-UE kif ukoll fil-Ġappun.
Ftehim ta' Sħubija Strateġika
Il-Ġappun u l-UE laħqu wkoll qbil fil-prinċipju dwar Ftehim ta’ Sħubija Strateġika. Dan ser jipprovdi qafas għal kooperazzjoni saħansitra aktar strateġika u profonda bejn l-UE u l-Ġappun.
Il-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika jenfasizza l-valuri kondiviżi u l-prinċipji komuni li fuqhom hija mibnija s-sħubija bejn l-UE u l-Ġappun, fosthom id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt.
“Din il-bażi ta’ valuri kondiviżi, li mhux biss nirrispettaw, iżda li – skont il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika – aħna impenjati li nippromwovu, ippermettitilna nikkonkludu dawn in-negozjati. U, l-aktar ħaġa importanti f'dan kollu, ħadd ma tilef.”
Il-President Donald Tusk fil-konferenza stampa tas-summit UE-Ġappun fi Brussell
Korea ta' Fuq
Waqt is-summit, il-mexxejja appellaw għall-adozzjoni kmieni ta’ riżoluzzjoni ġdida tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), wara li reċentement ġiet sparata missila ballistika b’possibbiltà ta’ medda interkontinentali.
Huma ħeġġew ukoll lir-RDPK biex tabbanduna kull programm nukleari, ta’ armi oħra ta’ qerda massiva jew ta’ missili ballistiċi, u biex tinvolvi ruħha fi djalogu kredibbli mal-komunità internazzjonali.
- Dikjarazzjoni mill-Prim Ministru Abe, il-President Tusk u l-President Juncker dwar il-Korea ta’ Fuq, 6 ta’ Lulju 2017
- Miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Korea ta’ Fuq (informazzjoni ġenerali)
Ara wkoll
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025