Skip to content

Kronoloġija - l-Artikolu 7: x'seħħ s'issa

  • 2024

    • Mejju

      Tintemm il-proċedura kontra l-Polonja

      Wara diversi diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali u sitt seduti ta' smigħ fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali, il-proċedura ntemmet f'Mejju 2024, meta l-Kummissjoni rtirat il-proposta motivata tagħha. Wara li analizzat il-pjan ta' azzjoni tal-Polonja u l-impenji li saru mill-gvern Pollakk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx għad hemm riskju ċar ta' ksur serju tal-istat tad-dritt fil-Polonja.

  • 2018

    • Settembru

      Tiskatta l-proċedura kontra l-Ungerija

      Il-proċedura tal-artikolu 7(1) ġiet attivata mill-Parlament Ewropew kontra l-Ungerija. Wara diversi diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali u seba' seduti ta' smigħ fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali, il-proċedura għadha għaddejja.

  • 2017

    • Diċembru

      Tiskatta l-proċedura kontra l-Polonja

      Il-proċedura tal-artikolu 7(1) ġiet attivata għall-ewwel darba, mill-Kummissjoni, kontra l-Polonja.

  • 2001

    • Frar

      Ħolqien tal-Artikolu 7(1)

      It-Trattat ta' Nizza introduċa l-artikolu 7(1), li jipprevedi li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza, jista' jidentifika ksur potenzjali u jagħmel rakkomandazzjonijiet lil stat membru biex jirrettifikah qabel ma tittieħed azzjoni.

  • 2000

    • Diċembru

      Introduzzjoni ta' twissijiet

      Wara kriżi politika fl-Awstrija, ġie miftiehem li kien meħtieġ pass intermedju qabel l-artikolu 7, biex stat membru jingħata twissija mingħajr ma jiġu sospiżi b'mod sħiħ id-drittijiet tiegħu.

  • 1999

    • Mejju

      Introduzzjoni fit-trattati tal-UE

      L-istat tad-dritt ġie introdott għall-ewwel darba fis-sistema tal-UE bit-Trattat ta' Amsterdam, li l-artikolu 7 tiegħu jistipula li d-drittijiet ta' stat membru jistgħu jiġu sospiżi jekk jikser il-valuri tal-UE skont l-artikolu 2 TUE.