Kronoloġija - Il-Programm Ewropa Kreattiva
The Creative Europe programme plays an important role in promoting European art, culture and media.
-
2022
4 ta' AprilIl-mobbiltà tal-artisti u l-professjonisti kulturali u kreattivi - konklużjonijiet tal-Kunsill
L-UE trid tiżgura aċċess usa' għall-artisti u l-professjonisti kulturali u kreattivi għal għotjiet għall-mobbiltà tal-UE taħt Ewropa Kreattiva, u tippromwovi approċċ strateġiku għall-UE kollha għall-multilingwiżmu fl-ambjent diġitali.
Il-ministri approvaw konklużjonijiet dwar it-tisħiħ tal-iskambji interkulturali permezz ta':
- il-mobbiltà tal-artisti u l-professjonisti kulturali u kreattivi
- il-multilingwiżmu fl-era diġitali
-
2022
4 ta' AprilEkosistema tal-industriji kulturali u kreattivi - konklużjonijiet tal-Kunsill
Il-kultura u l-libertà tal-kreazzjoni huma vitali għall-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha, bħala mezz biex jissaħħu d-demokraziji u l-valuri. Is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi għandhom rwol kruċjali fid-diversità kulturali Ewropea.
box-sizing: border-box; Il-ministri approvaw konklużjonijiet dwar il-bini ta' strateġija Ewropea għall-ekosistema tal-industriji kulturali u kreattivi.
-
2019
23 ta' MejjuPromozzjoni tax-xogħlijiet ta' films Ewropej
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-promozzjoni ta' xogħlijiet ta' films Ewropej bit-titjib fiċ-ċirkolazzjoni transkonfinali ta' kreazzjonijiet u koproduzzjonijiet awdjoviżivi.
-
2019
23 ta' MejjuIt-trawwim ta' ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ kreattivi - konklużjonijiet
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-trawwim ta' ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ kreattivi. Dawn il-konklużjonijiet jenfasizzaw l-importanza tal-aċċess tal-ġenerazzjoni żagħżugħa għall-kultura, sabiex tiżviluppa ħiliet kreattivi, interkulturali u ta' komunikazzjoni.
-
2018
20 ta' DiċembruProgramm Ewropa Kreattiva 2021-2027: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali parzjali) fuq ir-regolament li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva għall-2021-2027. Il-programm għandu l-għan li:
- jissalvagwardja, jiżviluppa u jippromwovi d-diversità u l-wirt kulturali u lingwistiku Ewropew
- tiżdied il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari f’dik tas-settur awdjoviżiv
-
2018
27 ta' NovembruProgramm Ewropa Kreattiva 2021-2027: rapport ta' progress
Il-ministri ħadu nota ta' rapport ta' progress dwar proposta għal programm ġdid ta' Ewropa Kreattiva 2021-2027. L-objettivi ġenerali tal-programm huma:
- il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea fid-diversità u l-wirt kulturali u lingwistiku
- iż-żieda fil-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari fis-settur awdjoviżiv.
-
2018
30 ta' MejjuProgramm Ewropa Kreattiva 2021-2027: proposta
Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha dwar il-programm Ewropa Kreattiva 2021–2027.
-
2017
14 ta' DiċembruKonklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew
Il-mexxejja tal-UE qablu wkoll li jaħdmu aktar fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura, inkluż il-prijoritajiet li ġejjin:
- iwessgħu l-programm Erasmus+ u jagħmluh aktar inklużiv
- jippermettu li studenti jiksbu lawrja billi jikkombinaw l-istudji f’diversi pajjiżi tal-UE
- jiżguraw li aktar żgħażagħ Ewropej jitkellmu mill-anqas żewġ lingwi barranin Ewropej
- jippromwovu l-kooperazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati ta' edukazzjoni għolja u ta' tmiem l-iskola fil-livell ta' edukazzjoni sekondarja
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025