- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 11 ta' Awwissu 2015 11:00
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066[1] li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tespandi l-listi ta' persuni u entitajiet, kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK.
Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, il-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Armenja, jallinjaw ma' din id-Deċiżjoni.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.
[1] Ippubblikata fit-3.7.2015 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 174, p. 25.
* L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Maja Kocijančič Kelliem tas-SEAE
- +32 2 298 65 70
- +32 498 98 44 25
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024