- Kunsill Ewropew
- Dikjarazzjoni u kummenti
- 14 ta' Novembru 2015 17:15
Dikjarazzjoni tal-kapijiet tal-UE u tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-attakki f'Pariġi
Dikjarazzjoni konġunta tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE u l-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-attakki terroristiċi f'Pariġi
L-Unjoni Ewropea hija profondament ixxukkjata u mnikkta wara l-attakki terroristiċi f’Pariġi. Huwa attakk kontrina lkoll. Aħna ser jiffaċċjaw din it-theddida flimkien, bil-mezzi kollha meħtieġa u determinazzjoni bla heda.
Franza hija nazzjon kbir u b’saħħtu. Il-valuri tagħha ta’ libertà, ugwaljanza u fraternità kienu u għadhom ta' ispirazzjoni għall--Unjoni Ewropea. Illum ninsabu magħqudin mal-poplu Franċiż u l-Gvern ta’ Franza. Dan l-att ta’ terroriżmu tal-mistħija ser jikseb biss l-oppost tal-objettiv tiegħu, li kien dak li jaqsam, ibeżża', u jiżra l-mibegħda.
It-tajjeb huwa aktar b’saħħtu mill-ħażen. Ser isir dak kollu li jista’ jsir fuq livell Ewropew biex Franza tkun post sikur. Ser nagħmlu dak li hu meħtieġ biex negħlbu l-estremiżmu, it-terroriżmu u l-mibegħda.
Aħna l-Ewropej kollha ser niftakru fit-13 ta’ Novembru 2015 bħala jum ta' luttu Ewropew. L-Ewropej kollha huma mistednin jingħaqdu f'minuta silenzju b'tifkira tal-vittmi f'nofsinhar nhar it-Tnejn, 16 ta' Novembru.
Kuntatti għall-istampa
-
Beatriz Navarro Deputy spokesperson for the European Council President
- +32 471 33 22 92
- +32 2 281 51 50
- @beanavarro
-
Maria Tomasik Spokesperson for the European Council President
- +32 470 88 23 83
- +32 2 281 51 50
- @maria_tomasik
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024