Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 25 ta' Mejju 2016 12:45

Ir-rata minima tal-VAT estiża għal sentejn

Fil-25 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill adotta direttiva li żżomm ir-rata minima standard tal-VAT għal 15% għal sentejn oħra.

Ir-rata minima standard tal-VAT hi maħsuba biex tevita differenzi eċċessivi fir-rati tal-VAT applikati mill-istati membri, u l-iżbilanċi strutturali jew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jistgħu jirriżultaw minħabba f’hekk. Sal-31 ta’ Diċembru 2015 kienet applikata rata minima standard ta’ 15%.

Fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar regoli definittivi għal żona unika Ewropea tal-VAT, id-direttiva testendi r-rata minima standard għal perjodu twil biżżejjed li jiggarantixxi ċ-ċertezza legali. Hija żżomm ir-rata għal 15% mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Id-direttiva ġiet adottata mingħajr diskussjoni f'laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024