- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 1 ta' Ġunju 2016 18:45
L-UE għandha tiffirma Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Grupp tal-FSE tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika
Fl-1 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill awtorizza, f’isem l-UE, l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ta’ sħubija ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Grupp tal-FSE tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC). Il-grupp tal-FSE tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika hu magħmul mill-Botswana, il-Lesoto, il-Mozambique, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u s-Swaziland.
Iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-FSE bejn l-SADC u l-UE għandha ssir f’Kasane (il-Botswana) fl-10 ta’ Ġunju 2016.
Il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika huma maħsuba biex isaħħu l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP). Huma bbażati fuq il-prinċipju tal-ftuħ asimetriku tas-suq, jiġifieri jipprovdu aċċess aħjar għas-suq tal-UE lis-sħab tal-AKP. B’mod partikolari, joffru opportunitajiet tas-suq mingħajr preċedent għall-prodotti agrikoli u tas-sajd. Il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika jieħdu post ir-reġim ta’ aċċess għas-suq preċedenti ta’ preferenzi unilaterali għall-pajjiżi tal-AKP.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024