- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 20 ta' Settembru 2016 10:45
L-UE tapprova ftehim ma’ Andorra dwar it-tassazzjoni
Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill approva l-konklużjoni ta' ftehim ma’ Andorra li ser itejjeb il-konformità fiskali tal-faddala privati.
Il-ftehim ser jgħin biex titrażżan l-evażjoni tat-taxxa billi jesiġi li l-istati membri tal-UE u Andorra jiskambjaw informazzjoni awtomatikament.
Dan ser jagħti lill-amministrazzjonijiet tagħhom tat-taxxa aċċess transfruntier aħjar għal informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji tar-residenti ta’ xulxin.
Il-ftehim jaġġorna ftehim tal-2004 li kien jobbliga lil Andorra tapplika miżuri ekwivalenti għal dawk f’direttiva tal-UE dwar it-tassazzjoni tad-dħul mit-tfaddil. Ser jestendi l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji biex il-kontribwenti ma jkunux jistgħu jaħbu kapital li jirrappreżenta dħul jew assi li ma tkunx tħallset taxxa fuqhom.
Il-ftehim il-ġdid ġie ffirmat fit-12 ta’ Frar 2016. Ġie konkluż (fl-20 ta’ Settembru) f’laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, mingħajr diskussjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024