- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 29 ta' Settembru 2016 15:50
Il-Burundi: L-UE ġġedded is-sanzjonijiet sal-31 ta' Ottubru 2017
Fid-29 ta' Settembru 2016, il-Kunsill ġedded il-miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Burundi sal-31 ta' Ottubru 2017. Dawn il-miżuri jikkonsistu fi projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi kontra erba' persuni li l-attivitajiet tagħhom tqiesu li qed idgħajfu d-demokrazija jew ifixklu l-ħidma għal soluzzjoni politika għall-kriżi fil-Burundi. Dawn l-attivitajiet jinkludu atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, u atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.
L-Unjoni Ewropea appellat bosta drabi u kontinwament lill-partijiet kollha involuti biex iżommu lura minn kwalunkwe att ta' vjolenza, u biex jikkundannawha. Dan hu essenzjali sabiex jinħolqu u jinżammu l-kondizzjonijiet għal progress fil-ħidma għal soluzzjoni politika għall-kriżi.
Il-Kunsill qies li n-nuqqas ta' progress fis-sitwazzjoni marbuta mal-erba' persuni li kontrihom huma fis-seħħ miżuri restrittivi ġġustifika t-titwil tas-sanzjonijiet.
L-ismijiet tal-persuni kkonċernati u r-raġunijiet għaliex huma elenkati huma inklużi fl-anness tad-deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2015 ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024