"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 29/09/2016, 29 ta' Settembru 2016

Riżultati ewlenin

Ekonomija kollaborattiva

Il-ministri ddiskutew l-ekonomija kollaborattiva.

Id-dibattitu wera inkoraġġiment konsiderevoli għal żvilupp bilanċjat tal-ekonomija kollaborattiva fl-Ewropa kemm għall-benefiċċju tal-konsumaturi kif ukoll tan-negozji.

Filwaqt li l-ekonomija kollaborattiva għandha potenzjal sinifikanti li tiġġenera t-tkabbir u toħloq l-impjiegi, din tqajjem kwistjonijiet ta’ korrettezza u trattament indaqs.

L-attività tal-fornituri privati okkażjonali tqajjem kwistjonijiet dwar status legali, responsabbiltà u indipendenza. Daqstant ieħor importanti huma d-drittijiet tal-impjegati, is-sikurezza, it-tassazzjoni u kwistjonijiet oħra ta’ interess pubbliku.

Bosta stati membri spjegaw li qed jaġġornaw jew jirrevedu l-leġislazzjoni domestika biex jittieħed kont tal-objettivi tal-politika pubblika mingħajr ma jitnaqqsu l-attivitajiet tan-negozju.

Biex l-Ewropa tibqa’ kompetittiva, irridu kemm ninkoraġġixxu atturi ġodda kif ukoll nipproteġu l-industriji tradizzjonali tagħna. Għamilna appell b’saħħtu llum biex intejbu l-aċċess għal finanzjament għad-ditti tagħna u speċifikament għal dawk li qed jikbru. Qbilna wkoll li nagħtu l-appoġġ tagħna għall-iżvilupp bilanċjat tal-ekonomija kollaborattiva. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-azzar tibqa’ sors ta’ tħassib għal kulħadd minħabba l-pożizzjoni kruċjali tiegħu fl-ekonomiji tagħna. Irridu nsibu metodi li bihom nindirizzaw din is-sitwazzjoni b’mod rapidu u effiċjenti. Peter Žiga, president tal-Kunsill u Ministru għall-Ekonomija tas-Slovakkja

L-istati membri u l-Kummissjoni qablu li jimmonitorjaw mill-qrib l-iżviluppi ekonomiċi u tan-negozju sabiex jikkunsidraw azzjoni futura possibbli.

L-industrija tal-azzar

Il-Kunsill iddiskuta l-aħħar żviluppi fl-industrija tal-azzar Ewropea.

Huwa esprima l-appoġġ, flimkien mal-Kummissjoni, għal miżuri u azzjonijiet biex tiżdied il-kompetittività tas-settur, biex titwettaq il-modernizzazzjoni tiegħu u l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni globali.

Aċċess għal finanzjament għal kumpaniji mill-UE u għal kumpaniji li qed jikbru

Il-Kunsill iddiskuta l-aħħar verifika tal-kompetittività, li hija test tas-saħħa tal-ekonomija reali, u ffoka fuq metodi għat-titjib tal-aċċess għal finanzjament għal kumpaniji u għal kumpaniji li qed jikbru mill-UE.

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025