- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 11 ta' Mejju 2017 11:30
Servizzi finanzjarji: il-Kunsill japprova programm li jinvolvi l-konsumaturi fit-tfassil tal-politika
Fl-11 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill approva programm li jippromwovi l-involviment tal-konsumaturi fit-tfassil tal-politika għas-servizzi finanzjarji.
Il-programm il-ġdid jimxi fuq il-passi maħsuba biex terġa' tidħol il-fiduċja fis-settur finanzjarju wara l-kriżi finanzjarja.
Ir-regolament ġie adottat f’laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd, mingħajr diskussjoni.
Il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għal dan il-programm, li għandu baġit ta’ €6 miljun biex ikopri l-perjodu 2017-20, fis-27 ta’ April 2017. Dan isegwi ftehim ma' rappreżentanti tal-Parlament li ntlaħaq fl-14 ta’ Frar 2017.
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024