- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11/05/2017, 11 ta' Mejju 2017
Riżultati ewlenin
“Sal-lum, is-sajjieda Ewropej kellhom jirrispettaw aktar minn 30 regolament differenti, li jikkostitwixxu qafas leġislattiv partikolarment kumpless u tqil. Aħna rridu nagħmlulhom ħajjithom aktar faċli, niggarantixxu ċertezza legali u nikkonċentraw fuq l-innovazzjoni. Regoli aħjar u aktar ċari ser jgħinu fil-ħarsien tal-ibħra tagħna u tas-sostenibbiltà tar-riżorsi tas-sajd tagħna. U fuq kollox, il-pożizzjoni tal-Kunsill tagħti s-setgħa lill-komunità tas-sajd billi tagħtiha leħen aktar dirett fil-proċess ta' teħid ta’ deċiżjonijiet.”
Roderick Galdes, is-Segretarju Parlamentari Malti għall-Agrikoltura u l-president tal-Kunsill
Miżuri tekniċi
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq proposta għal regoli ġodda dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar, spiss imsejħa “miżuri tekniċi”.
Il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha l-għan li timmodernizza r-regoli eżistenti dwar kif, fejn u meta jistgħu jistadu s-sajjieda. Dawn ikopru l-qbid u l-ħatt tar-riżorsi tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet u t-tħaddim tat-tagħmir tas-sajd, u miżuri biex jitnaqqas l-impatt fuq speċi jew żoni sensittivi.
- Konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi: qbil dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill
- Text of the Council general approach on the proposal for the conservation of fishery resources and the protection of marine ecosystems through technical measures
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer f’pajjiżi terzi
Il-Kunsill ġie aġġornat dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer u kellu l-opportunità li jiddiskuti l-qerda tiegħu, b’mod partikolari b’rabta mar-rwol tal-pajjiżi ġirien tal-UE bħall-Ukrajna, il-Belarussja u l-Moldova. Id-delegazzjonijiet saħqu dwar l-importanza ta’ approċċ multidixxiplinari u koordinat internazzjonalment biex tiġi miġġielda l-marda, u l-Kummissjoni kkonfermat l-appoġġ tagħha għal dawk l-istati membri kkonċernati.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew infurmati dwar id-dikjarazzjoni ta’ MedFish4Ever adottata fil-konferenza ministerjali dwar is-sajd Mediterranju li saret f’Malta fid-29-30 ta’ Marzu, u dwar il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Oċean li ġejja, li ser issir fi New York fil-5-9 ta’ Ġunju.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Lista ta' punti A, deliberazzjoni leġislattiva, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta' Mejju 2017
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta' Mejju 2017
- Programm indikattiv - Kunsill Agrikoltura u Sajd tal-11 ta’ Mejju 2017
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta' Mejju 2017
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
- Servizzi finanzjarji: il-Kunsill japprova programm li jinvolvi l-konsumaturi fit-tfassil tal-politika
- 11/05/2017
- L-UE tinsab lesta li tirratifika l-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju
- 11/05/2017
- Konservazzjoni tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi: qbil dwar il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-Kunsill
- 11/05/2017
- Programm ta’ appoġġ għar-riforma strutturali approvat mill-Kunsill
- 11/05/2017
- Go-ahead for EU talks with US to extend air transport lease arrangements
- 11/05/2017
- Viżi: il-Kunsill jadotta regolament dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini Ukreni
- 11/05/2017
- L-UE ser tissieħeb fil-konvenzjoni internazzjonali li tiġġieled il-vjolenza fuq in-nisa
- 11/05/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025