- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 30 ta' Ġunju 2017 18:05
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917[1]. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi eżistenti sal-1 ta' Ġunju 2018.
Il-Pajjiżi Kandidati l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dawn ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tilqa' u tieħu nota ta' dan l-impenn.
[1] Ippubblikata fit-30.05.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L139, p. 62.
* L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Maja Kocijančič Kelliem tas-SEAE
- +32 2 298 65 70
- +32 498 98 44 25
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024