- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 4 ta' Marzu 2019 10:35
Grazzi għal regoli ġodda dwar il-pedaġġ stradali elettroniku dalwaqt ser ikun aktar faċli li jiġu rkuprati l-pedaġġi stradali mhux imħallsa
Il-pedaġġi stradali mhux imħallsa dalwaqt jaf isiru ħaġa tal-passat, hekk kif l-UE qed tistabbilixxi sistema ġdida għall-iskambju ta' informazzjoni li ser tagħmilha possibbli li l-awtoritajiet nazzjonali tal-istati membri jaċċessaw id-data nazzjonali ta’ xulxin dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi sabiex jidentifikaw s-sidien ta’ vetturi li għalihom ma jkunux tħallsu t-tariffi tat-triq. Is-sistema l-ġdida hija parti mir-regoli aġġornati dwar il-pedaġġ elettroniku li llum ġew adottati formalment mill-Kunsill, wara qbil proviżorju li ntlaħaq mal-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Novembru 2018.
Ir-regoli l-ġodda ser jagħmlu wkoll is-sistemi ta’ pedaġġ elettroniku aktar interoperabbli u għalhekk aktar kosteffiċjenti u faċli għall-utent. Ser ineħħu ostakli amministrattivi, bħal proċeduri ta’ approvazzjoni impenjattivi żżejjed u speċifikazzjonijiet tekniċi mhux standard lokali. B’riżultat ta’ dan, il-fornituri tal-pedaġġ elettroniku ser ikollhom aċċess aktar faċli għas-suq tal-ġbir tal-pedaġġi.
Il-passi li jmiss
Il-vot tal-lum tal-Kunsill jikkonkludi l-proċedura leġislattiva. Il-Parlament Ewropew ivvota fl-14 ta' Frar 2019. Id-direttiva ser tiġi ffirmata miż-żewġ istituzzjonijiet u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Ser tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha, u l-miżuri l-ġodda ser isiru applikabbli 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ.
- Direttiva dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ stradali u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni - test sħiħ
- L-irkupru ta’ pedaġġi stradali mhux imħallsa ser isir aktar faċli madwar l-Ewropa – il-Kunsill japprova qbil proviżorju (stqarrija għall-istampa 28/11/2018)
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
- @timmermansniels
- @nielstimmermans.bsky.social
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024