- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 04/03/2019, 4 ta' Marzu 2019
Riżultati ewlenin
Tikkettar tat-tajers
Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali għar-reviżjoni tar-regolament dwar it-tikkettar tat-tajers. Ir-reviżjoni taġġorna t-tikketti tal-enerġija u l-prestazzjoni tas-sikurezza tat-tajers u testendi l-ambitu tas-sistema ta’ tikkettar għal tajers għall-vetturi tqal. Ir-rekwiżiti l-ġodda rigward fejn titqiegħed it-tikketta, inkluż għal bejgħ mill-bogħod u bejgħ bl-internet, kif ukoll dispożizzjonijiet imsaħħa ta’ infruzar se jtejbu l-viżibbiltà għall-konsumaturi u jiżguraw li jkunu infurmati b'mod sħiħ meta jiddeċiedu x'jixtru. In-negozjati mal-Parlament Ewropew mistennija jibdew fil-ħarifa.
Viżjoni strateġika għal ekonomija newtrali għall-klima
Il-ministri għall-enerġija kellhom dibattitu ta’ orjentazzjoni f’sessjoni pubblika dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima". Dan hu wieħed minn sensiela ta’ dibattiti dwar dan is-suġġett li saret f’konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill matul is-semestru attwali. Id-diskussjoni kkonċentrat fuq aspetti relatati mal-enerġija tal-viżjoni strateġika. Kienet iggwidata minn ġabra ta’ mistoqsijiet proposti mill-Presidenza, li jindirizzaw il-bidliet strutturali meħtieġa fis-sistema tal-enerġija, soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda, u l-ħtieġa għal “tranżizzjoni ġusta”.
Kellna dibattitu kostruttiv ħafna dwar il-kwistjonijiet relatati mal-enerġija tal-viżjoni strateġika fit-tul għal ekonomija newtrali għall-klima. Il-bidla għal enerġija nadifa hija element importanti fil-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima. Diġà ksibna ħafna f’dawn l-aħħar snin biex nagħmlu din it-tranżizzjoni realtà, mhux l-inqas il-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa li ġie konkluż is-sena li għaddiet. Illum ikkunsidrajna kif nibnu fuq dan il-progress u nimxu 'l quddiem fil-ġejjieni. Anton Anton, Ministru għall-Enerġija tar-Rumanija u l-president tal-Kunsill
Punti oħra fuq l-aġenda
Taħt affarijiet oħra, il-Kunsill ġie infurmat dwar is-sitwazzjoni attwali tad-direttiva dwar il-gass. Qbil politiku proviżorju mal-Parlament Ewropew dwar dan il-fajl intlaħaq fit-12 ta’ Frar 2019 u ġie approvat mill-ambaxxaturi għall-UE fl-20 ta’ Frar 2019.
Il-presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Nota ta' informazzjoni
- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea: Pjaneta Nadifa għal Kulħadd
- Proposta għal regolament dwar it-tikkettar tat-tajers (Kummissjoni Ewropea)
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi
- Aġenda proviżorja
- Programm indikattiv
Stqarrijiet għall-istampa
- Is-Sirja: l-UE żżid 7 ministri mal-lista tas-sanzjonijiet
- 04/03/2019
- L-Artiku ċentrali: l-UE ser tidħol fi ftehim kontra s-sajd mhux irregolat
- 04/03/2019
- UE - Marokk: il-Kunsill jadotta ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli
- 04/03/2019
- Tajers aktar nodfa, aktar sikuri, aktar silenzjużi: it-tikketti se jsiru aktar viżibbli għall-konsumaturi
- 04/03/2019
- Grazzi għal regoli ġodda dwar il-pedaġġ stradali elettroniku dalwaqt ser ikun aktar faċli li jiġu rkuprati l-pedaġġi stradali mhux imħallsa
- 04/03/2019
- Miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-istat tal-Ukrajna: il-Kunsill jestendi s-sanzjonijiet tal-UE b'sena
- 04/03/2019
- Ħlasijiet fl-UE: adottata r-riforma biex jitnaqqsu t-tariffi u tiżdied it-trasparenza
- 04/03/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025