"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Trasport

Kif l-UE tagħmel it-trasport aktar nadif, aktar effiċjenti u kompetittiv, u tipproteġi lill-passiġġieri.

Il-moviment tal-persuni u l-oġġetti huwa ċentrali għall-ekonomija u l-prosperità tal-Ewropa.

Il-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien biex jibnu sistema tat-trasport konnessa aħjar u aktar sostenibbli fl-UE, fejn jiġu żgurati s-sikurezza u d-drittijiet tal-passiġġieri.

Ferrovija, ajruplan, vapur tal-merkanzija u trakk.

Trasport aktar nadif

Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport hija kruċjali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-UE skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li jagħmlu t-trasport aktar sostenibbli billi jistabbilixxu standards tal-emissjonijiet għall-vetturi tat-triq, jippromwovu fjuwils aktar ekoloġiċi u jappoġġaw mobbiltà aktar nadifa.

Sistema Ewropea tat-trasport kompetittiva

Il-modi differenti ta' trasport konnessi ma' xulxin fuq mappa tal-Ewropa.

Konnessjonijiet aħjar madwar l-UE huma ċentrali għal settur tat-trasport aktar kompetittiv.

In-network trans-Ewropew tat-trasport huwa proġett ewlieni li jiżviluppa infrastruttura tat-trasport effiċjenti u ta' kwalità għolja mal-UE kollha.

L-għan tiegħu huwa li jgħaqqad aħjar il-pajjiżi filwaqt li jipprovdi aċċess aktar faċli għall-impjiegi u s-servizzi, u jiffaċilita l-kummerċ u t-tkabbir ekonomiku.

Sikurezza

L-UE għandha l-għan li tipprovdi l-ogħla standards ta' sikurezza u sigurtà fil-mezzi kollha tat-trasport.

Uħud mill-aktar miżuri reċenti tal-UE jinkludu regoli aktar stretti għat-trasport bit-triq u dak bil-baħar.

Drittijiet tal-passiġġieri

Raġel f'siġġu tar-roti ħdejn filliera passiġġieri telgħin abbord titjira.

Il-liġi tal-UE tiżgura mhux biss id-dritt għan-nies li jivvjaġġaw liberament fis-27 pajjiż tal-UE, iżda wkoll li jiksbu kumpens f'każ ta' dewmien fil-vjaġġi u kanċellazzjonijiet.

Id-drittijiet tal-passiġġieri huma protetti fuq kull tip ta' vjaġġar – bl-ajru, bil-ferrovija, bil-vapur u bix-xarabank.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Illustrazzjoni ta' żewġ idejn iwaqqfu l-gass miċ-ċmieni ta' fabbrika.

Tibdil fil-klima: x'qed tagħmel l-UE

Grilji elettriċi b'forom astratti fl-isfond.

Assistenza tal-UE lill-Ukrajna: sigurtà u infrastruttura tal-enerġija

A modern train crossing a high stone viaduct.

Trasport ferrovjarju

L-aħħar reviżjoni: 28 ta' Lulju 2026