Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 17 ta' Diċembru 2020 15:45

Il-Kunsill japprova konklużjonijiet dwar li nagħmlu l-irkupru ċirkolari u ekoloġiku

Illum il-Kunsill approva konklużjonijiet bit-titolu "Nagħmlu l-Irkupru Ċirkolari u Ekoloġiku" b'reazzjoni għall-"Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva" tal-Kummissjoni Ewropea".

Il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jagħtu gwida politika komprensiva dwar il-firxa wiesgħa ta' azzjonijiet previsti fil-Pjan ta' Azzjoni. Il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jilħqu bilanċ bejn approċċ ambizzjuż u l-ħtieġa li titqies firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet fl-implimentazzjoni ta' diversi azzjonijiet, inkluż il-punti tat-tluq differenti tal-istati membri.

Il-konklużjonijiet jenfasizzaw wkoll ir-rwol tal-ekonomija ċirkolari fl-irkupru mill-COVID-19 u jorbtu mad-diġitalizzazzjoni, filwaqt li jissottolinjaw l-importanza tagħha għall-kisba tal-potenzjal sħiħ tal-ekonomija ċirkolari.

Informazzjoni ġenerali

Fil-11 ta' Marzu 2020, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar "Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva". Il-Pjan ta' Azzjoni huwa element ewlieni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u marbut mill-qrib mal-Istrateġija Industrijali Ewropea.

Il-Pjan ta’ Azzjoni jistabbilixxi qafas komprensiv għal azzjonijiet immirati biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni lejn "mudell ta’ tkabbir riġenerattiv" li ser jagħti kontribut sinifikanti biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 u biex it-tkabbir jiġi diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi filwaqt li tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-UE u ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari jipprevedi madwar 35 punt ta’ azzjoni b’qafas ta’ politika dwar il-prodotti sostenibbli bħala karatteristika ewlenija li tinkludi inizjattivi dwar id-disinn tal-prodotti, il-proċessi ta' produzzjoni u dwar l-awtonomizzazzjoni tal-konsumaturi u x-xerrejja pubbliċi. Inizjattivi ffukati ser jindirizzaw ktajjen tal-valur tal-prodotti ewlenin bħall-elettronika u l-ICT, il-batteriji, l-imballaġġ, il-plastik, it-tessuti, il-kostruzzjoni u l-bini u l-ikel. Barra minn hekk, hija prevista reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart. It-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell internazzjonali/globali huwa wkoll komponent importanti tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Frar 2025