- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 13 ta' Jannar 2022 16:40
Russja: L-UE ġġedded is-sanzjonijiet ekonomiċi minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukrajna għal sitt xhur oħra
Il-Kunsill illum iddeċieda li jtawwal il-miżuri restrittivi li bħalissa għandhom fil-mira setturi ekonomiċi speċifiċi tal-Federazzjoni Russa b'sitt xhur, sal-31 ta' Lulju 2022. Id-deċiżjoni tal-Kunsill issegwi l-aktar valutazzjoni reċenti tal-istat ta' implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk - li inizjalment kienet prevista li ssir sal-31 ta' Diċembru 2015 - waqt il-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2021.
Is-sanzjonijiet fis-seħħ, introdotti għall-ewwel darba fil-31 ta' Lulju 2014 b'rispons għall-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, jillimitaw l-aċċess għas-swieq tal-kapital primarji u sekondarji tal-UE għal ċerti banek u kumpaniji Russi u jipprojbixxu forom ta' assistenza finanzjarja u senserija lill-istituzzjonijiet finanzjarji Russi. Is-sanzjonijiet jipprojbixxu wkoll l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasferiment diretti jew indiretti tal-materjal kollu relatat mad-difiża u jistabbilixxu projbizzjoni għal oġġetti b'użu doppju għall-użu militari jew utenti finali militari fir-Russja. Is-sanzjonijiet jillimitaw aktar l-aċċess tar-Russja għal ċerti teknoloġiji sensittivi li jistgħu jintużaw fis-settur tal-enerġija tar-Russja, pereżempju fil-produzzjoni u fl-esplorazzjoni taż-żejt.
Kuntest
Matul il-valutazzjoni tal-istat ta' implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk li seħħet fil-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2021, il-mexxejja tal-UE ħeġġew l-isforzi diplomatiċi u appoġġaw il-format tan-Normandija fil-kisba tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta' Minsk. Peress li r-Russja ma implimentatx bis-sħiħ dawn il-ftehimiet, il-mexxejja tal-UE unanimament iddeċidew li jibqgħu għaddejjin bis-sanzjonijiet ekonomiċi fis-seħħ kontra l-pajjiż.
Minbarra s-sanzjonijiet ekonomiċi, l-UE għandha fis-seħħ tipi differenti ta' miżuri b'reazzjoni għall-annessjoni illegali mir-Russja tal-Krimea u tal-belt ta' Sevastopol u d-destabbilizzazzjoni intenzjonata tal-Ukrajna. Dawn jinkludu: miżuri diplomatiċi, miżuri restrittivi individwali (iffriżar tal-assi u restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar) u restrizzjonijiet speċifiċi fuq ir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Krimea u ma' Sevastopol.
- Russja: l-UE ttawwal is-sanzjonijiet ekonomiċi minħabba d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna b'sitt xhur (stqarrija għall-istampa, 12 ta' Lulju 2021)
- Miżuri restrittivi tal-UE b'reazzjoni għall-kriżi fl-Ukrajna (paġna dwar il-politika)
- Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna (SEAE)
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024