- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 17 ta' Ottubru 2025 16:05
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran
Fid-29 ta' Settembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/19781 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Wara li fit-28 ta' Settembru 2025 ġew imposti mill-ġdid is-sanzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha tan-NU relatati man-nukleari tal-Iran, il-Kunsill iddeċieda li jintroduċi mill-ġdid is-sanzjonijiet tal-UE relatati man-nukleari kontra l-Iran li kienu ġew sospiżi jew itterminati skont il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK). Il-Kunsill iddeċieda b'mod partikolari li jintroduċi mill-ġdid miżuri restrittivi kontra 11-il persuna u 101 entità elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK li isimhom kien imsemmi qabel fl-Anness VI ta' dik id-Deċiżjoni, u li jaġġorna l-entrati korrispondenti. L-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet l-oħra li isimhom kien imsemmi qabel fl-Anness VI, u li għalihom il-Kunsill iddeċieda li ma jimponix mill-ġdid miżuri restrittivi, qed jiġu mħassra mill-Anness II. Jitħassar l-Anness VI.
L-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-Moldova (Repubblika tal-), il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, in-Norveġja, is-Serbja u l-Ukrajna jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu b'sodisfazzjon.
1 ĠU L, 2025/1978, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1978/oj.
Kuntatti għall-istampa
-
Anouar El Anouni Spokesperson
- +32 2 291 35 80
- +32 229-13580
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Ottubru 2025